Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju - Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-197/09) 1

(FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Uċuh tar-raba li tinħarat)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: inizjalement minn Ž. Cilenšek Bončina, aġent, sussegwentement minn L. Bembič, aġent, assistit minn J. Sladič, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalement minn T. van Rijn u K. Banks, sussegwentement minn F. Jimeno Fernández u M. Žebre, u finalment F. Jimeno Fernández u B. Rous, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/253/KE, tad-19 ta' Marzu 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) (ĠU L 75, p. 15), sa fejn tikkonċerna lir-Repubblika tas-Slovenja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 180, 01.08.2009.