Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2013 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-78/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, A. Coolen u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ttrasferit mir-rappreżentanza fil-Burundi lejn is-sede tas-SEAE fi Brussell.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Lulju 2013 li r-rikorrent jiġi ttrasferit, fl-interess tas-servizz, b’effett immedjat, f’pożizzjoni f’MDR.C fi Brussell;

jikkonstata li s-SEAE wettaq sensiela ta’ ksur tal-obbligi amministrattivi tiegħu bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, liema żbalji jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni

jikkonstata li d-deċiżjoni kkontestata tikkawża dannu serju lir-rikorrent u lill-konjuġi tiegħu;

jagħraf formalment ir-rikors;

jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.