Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2011 - PICO Food vs UASI - Sobieraj (MILANÓWEK CREAM FUDGE)

(Kawża T-623/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PICO Food GmbH (Tamm, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Bogumit Sobieraj (Milanówek, il-Polonja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta' Settembru 2011, fil-Każ R 553/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "MILANÓWEK CREAM FUDGE" għal prodotti fil-klassi 30 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6342455

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Ġermaniża li tirrappreżenta baqra, irreġistrata taħt in-Nru 30522224, għal prodotti fil-klassi 30; it-trade mark figurattiva Ġermaniża "Original Sahne Muh-Muhs HANDGESCHNITTEN HANDGEWICKELT", irreġistrata taħt in-Nru 30523439, għal prodotti fil-klassi 30; it-trade mark figurattiva Ġermaniża "Original Sahne Muh-Muhs HANDGESCHNITTEN HANDGEWICKELT", irreġistrata taħt in-Nru 30702751, għal prodotti fil-klassi 30; it-trade mark figurattiva Ġermaniża "Original Sahne Muh-Muhs HANDGESCHNITTEN HANDGEWICKELT", irreġistrata taħt in-Nru 30702748, għal prodotti fil-klassi 30; it-trade mark figurattiva Ġermaniża "SAHNE TOFFEE LUXURY CREAM FUDGE", irreġistrata taħt in-Nru 30700574 għal prodotti fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell interpreta b'mod żbaljat il-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-qrati Ewropej u ċaħad l-eżistenza tal-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti. Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni fuq fatti li ma tressqux mill-partijiet fil-proċedimenti.

____________