Language of document : ECLI:EU:T:2014:975





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Novembru 2014 —Ntouvas vs ECDC

(Kawża T‑223/12)

“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) — Rapporti finali tal-awditjar li sar fuq l-ECDC mis-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni — Rifjut ta’ aċċess — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu li jsir eżami konkret u individwali — Interess pubbliku superjuri”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 20, 49, 50)

2.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Suġġett — Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Interpretazzjoni u implimentazzjoni stretta (It-tieni paragrafu tal-ewwel Artikolu TUE; Regolament tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessi 1, 2, 4 u 11, Artikolu 1 u 4) (ara l-punti 21-23, 25)

3.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Obbligu ta’ bbilanċjar tal-interessi fil-preżenza (Regolament tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2)) (ara l-punt 24)

4.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Rifjut ta’ aċċess — Obbligu għall-istituzzjoni li twettaq eżami konkret u individwali tad-dokumenti — Possibbiltà li jittieħdu bħala bażi l-preżunzjonijiet ġenerali li japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti — Limiti (Regolament tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)sa (3) (ara l-punti 27, 28, 31-35, 38, 41)

5.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Obbligu li jingħata aċċess parzjali għad-data mhux koperta mill-eċċezzjonijiet (Regolament tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(6)) (ara l-punt 45)

6.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Obbligu ta’ assistenza tal-istituzzjoni f’każ ta’ talba mhux suffiċjentement preċiża (Regolament tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 6(2)) (ara l-punt 46)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-ECDC tas-27 ta’ Marzu 2012 (DIR-12-0636-MSrukr) li tirrifjuta lir-rikorrent, l-aċċess għar-rapporti finali tal-awditjar li sar fuq l-ECDC mis-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) tas-27 ta’ Marzu 2012 (DIR-12-0636-MSrukr) li tirrifjuta lill-I. Ntouvas l-aċċess għar-rapporti finali tal-awditjar li sar fuq l-ECDC mis-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni Ewropea hija annullata.

2)

L-ECDC huwa kkundannat għall-ispejjeż.