Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Frar 2022 – flightright GmbH vs Swiss International Air Lines AG

(Kawża C-131/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: flightright GmbH

Konvenut: Swiss International Air Lines AG

Domandi preliminari

Hemm ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , meta l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi jkunu inkompatibbli mat-twettiq ta’ titjira, indipendentement mill-għamla konkreta tagħhom?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: in-natura straordinarja tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi tista’ tiġi ddeterminata abbażi tal-frekwenza reġjonali u staġonali tagħhom fil-post u fil-mument li fih iseħħu?

Hemm ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 meta deċiżjoni dwar il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru relatata ma’ titjira partikolari f’ġurnata speċifika timplika dewmien twil, dewmien sal-għada jew il-kanċellazzjoni ta’ waħda jew iktar mit-titjiriet tal-ajruplan inkwistjoni, indipendentement mill-motiv ta’ din id-deċiżjoni?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għat-tielet domanda: il-motiv tad-deċiżjoni għandu jkun min-naħa tiegħu straordinarju, b’mod li ma jkunx mistenni li se jseħħ?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10