Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Romonta vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-614/13) 1

(Ambjent – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas mill-2013 ’l quddiem – Deċiżjoni 2011/278/UE – Miżuri ta’ implementazzjoni nazzjonali ppreżentati mill-Ġermanja – Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Libertà professjonali u libertà tal-intrapriża – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Romonta GmbH (Seegebiet Mansfelder Land, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke, M.-Y. Vollmer, C. Telschow u A. Schulze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn l-Artikolu 1(1) ta’ din id-deċiżjoni jirrifjuta, għat-tielet perijodu ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mill-2013 sal-2020, li jalloka lir-rikorrenti l-kwoti addizzjonali mitluba abbażi tal-klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi prevista fl-Artikolu 9(5) tat-Treibhausgas-Emissionshandelsgesetz (Liġi Ġermaniża fuq l-iskambji ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra) tal-21 ta’ Lulju 2011.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Romonta GmbH għandha tbati l-ispejjeż relatati mal-proċeduri prinċipali u mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.