Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Oracle America vs UASI – Aava Mobile (AAVA CORE)

(Kawża T-618/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AAVA CORE – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti JAVA u trade mark notorjament magħrufa fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi JAVA – Raġuni relativa għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ probabbiltà ta’ assoċjazzjoni – Rabta bejn is-sinjali – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Oracle America, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Heydn, avukat)Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aava Mobile Oy (Oulu, il-Finlandja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1369/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Oracle America, Inc. U Aava Mobile Oy.DispożittivIr-rikors huwa miċħu

d.Oracle America, Inc. Hija kkundannata għall-ispejjeż.