Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Aic vs UASI – ACV Manufacturing (Skambjaturi tas-sħana)

(Kawża T-615/13) 1

(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta skambjatur tas-sħana – Raġuni ta’ invalidità – Assenza ta’ viżibbiltà ta’ parti minn prodott kumpless – Artikolu 4(2) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aic S.A. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: ACV Manufacturing (Seneffe, il-Belġju)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 291/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ACV Manufacturing u Aic S.A.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Aic S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.