Language of document : ECLI:EU:T:2014:1053





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 —
Oracle America vs UASI — Aava Mobile (AAVA CORE)


(Kawża T‑618/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AAVA CORE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti JAVA u trade mark notorjament magħrufa fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi JAVA — Raġuni relativa għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ probabbiltà ta’ assoċjazzjoni — Rabta bejn is-sinjali — Assenza ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra mhux annessi mar-rikors — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))(ara l-punt 14)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))(ara l-punti 22-24, 64)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali AAVA CORE u JAVA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))(ara l-punti 25, 65, 66)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))(ara l-punti 29, 33)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))(ara l-punt 70)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1369/2012 2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Oracle America, Inc. U Aava Mobile Oy.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Oracle America, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.