Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' April 2013 - 1872 Holdings vs UASI - Havana Club International (THE SPIRIT OF CUBA)

(Kawża T-207/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 1872 Holdings vof (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Antoine-Lalance, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Havana Club International, SA (Ħavana, Kuba)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tal-31 ta' Jannar 2013, fil-Każ R 684/2012-1;

Tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "THE SPIRIT OF CUBA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35 u 42 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 109 106

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talba ta' invalidità kienet ibbażata fuq l-Artikoli 52(1)(a) u 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________