Language of document : ECLI:EU:T:2014:570





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2014 –

1872 Holdings vs UASI – Havana Club International (THE SPIRIT OF CUBA)

(Kawża T‑207/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali THE SPIRIT OF CUBA – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 11-14)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali THE SPIRIT OF CUBA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 19, 24-29)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal – Teħid inkunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biss – Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew pajjiżi terzi – Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 32)

4.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Ħtieġa ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret (ara l-punti 35, 36)

5.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha – Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4) ; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 39)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Jannar 2013, (Każ R 684/2012‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Havana Club International SA u 1872 Holdings vof.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

1872 Holdings vof hija kkundannata għall-ispejjeż.