Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Settembru 2010 - C-Content vs Il-Kummissjoni
"Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċeduri ta' sejħiet għal offerti Komunitarji - Servizzi ta' pubblikazzjoni elettronika - Irregolaritajiet u ksur tad-dritt Komunitarju allegatament imwettqa mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet - Termini ta' preskrizzjoni - Rabta kawżali"
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: C-Content BV (Bois-le-Duc, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Meulenbelt, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Manhaeve u N. Bambara, aġenti, assistiti minn O. Soudry, conseil, u minn A. Nucara, avukat, sussegwentement E. Manhaeve u N. Bambara, assistiti minn O. Soudry u minn E. Petritsi, avukat)
Suġġett
Rikors għad-danni li jfittex li jikseb kumpens għall-ħsara allegatamet sostnuta mir-rikorrenti wara irregolaritajiet u ksur tad-dritt Komunitarju li l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej allegatament ikkommetta fil-kuntest ta' diversi sejħiet għal offerti rigward is-servizzi ta' pubblikazzjoni elettronika.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.
C-Content BV hija kkundannata għall-ispejjeż
____________1 - ĠU C, 15.8.2008.