Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' April 2010 - Coin vs UASI - Dynamiki Zoi (Fitcoin)

(Kawża T-249/08) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Fitcoin - Trade marks nazzjonali, internazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti coin - Raġuni relattiva għal rifjut -Pubbliku rilevanti - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Coin SpA (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dynamiki Zoi AE (Ateni, il-Ġreċja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' April 2008 (Każ R 1429/2007-1), dwar il-proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Coin SpA u Dynamiki Zoi AE.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta' April 2008 (Każ R 1429/2007-1) hija annullata.

L-UASI hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 209, 15.8.2008.