Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Frar 2011 - Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-93/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Corporate Europe Observatory (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2010 fil-proċedimenti GESTDEM 2009/2508 tikser ir-Regolament Nru 1049/2001 1 u għaldaqstant tannullaha; u

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2010 fil-proċedimenti GESTDEM 2009/2508 li tiċħad li tagħti aċċess totali għal għadd ta' dokumenti relatati ma' negozjati kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja, skont ir-Regolament Nru 1049/2001.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-eċċezzjoni ta' relazzjonijiet internazzjonali hija inapplikabbli f'dan il-każ peress li d-dokumenti mitluba huma kollha ta' dominju pubbliku.

____________

1 - Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.