Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2011 - Rovi Pharmaceuticals vs UASI - Laboratorios Farmaceuticos Rovi (ROVI Pharmaceuticals)

(Kawża T-97/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rovi Pharmaceuticals GmbH (Schlüchtern, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Berghofer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Farmaceuticos Rovi, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Diċembru 2010 fil-Każ R 500/2010-2;

tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 1368580 fl-intier tagħha u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

tordna lill-UASI jirreġistra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6475107.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ROVI Pharmaceuticals", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6475107

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva "ROVI" Nru 24810 għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva "ROVICM Rovi Contract Manufacturing" Nru 4953915 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 42 u 44; reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola verbali "ROVIFARMA" Nru 2509464 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 39 u 44; reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola verbali "ROVI" Nru 1324942 għal prodotti fil-klassi 3; reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola verbali "ROVI" Nru 283403 għal prodotti fil-klassijiet 1 u 5; reġistrazzjoni ta' trade mark Spanjola figurattiva "ROVI" Nru 137853 għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) iddeċieda b'mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni billi evalwa b'mod inkorrett il-fatturi individwali li jirrigwardaw l-evalwazzjoni globali, u (ii) ma wettaqx evalwazzjoni globali tat-trade marks kkonċernati.

____________