Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2024 – AQ vs ECHA

(Kawża T-1101/23 R)

(“Miżuri provviżorji – Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AQ (rappreżentanti: C. Mereu u I. Zonca, avukati)

Konvenut: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: C. Buchanan u B. Broms, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħha abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) tal-14 ta’ Settembru 2023 li tagħti aċċess sħiħ għad-dokument mitlub fil-kuntest tal-proċedura bir-referenza [kunfidenzjali], abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________