Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2024 – CL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-109/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CL (rappreżentant: N. Flandin, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors għal annullament ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-11 ta’ Jannar 2023 sa fejn din tiddikjara li l-invalidità permanenti u totali li tbati minnha r-rikorrenti ma hijiex ikkaġunata mix-xogħol;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-10 ta’ Frar 2023 li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-11 ta’ Jannar 2023;

tikkundanna lil-konvenuta għall-ħlas tad-danni;

tikkundanna lil-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 25(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ invalidità u tad-deċiżjoni kkontestata minħabba irregolaritajiet li jivvizzjaw il-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ingħatat l-opinjoni tal-Kumitat tal-Invalidità.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ invalidità u tad-deċiżjoni kkontestata minħabba l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni fl-interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ marda kkaġunata mix-xogħol.

____________