Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-380/08) 1
“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Talba intiża li jinkiseb aċċess għal ċerti siltiet kunfidenzali tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni dwar akkordju – Rifjut ta’ aċċess – Obbligu ta’ motivazzjoni – Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u l-integrità tal-individwu – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni – Interess pubbliku ikbar – Kooperazzjoni leali”
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Mol u M. de Ree, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u P. Costa de Oliveira, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2008 li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti siltiet kunfidenzali tad-Deċiżjoni C (2006) 4090 finali [Każ COMP/F/38.456 – Bitume (il-Pajjiżi l-Baxxi)].
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
____________1 ĠU C 285, 08.11.2008.