Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-3 ta' Frar 2009 - Carvalhal Garcia vs Il-Kunsill

(Kawża F-40/08)

(Servizz pubbliku - Ex uffiċjali - Remunerazzjoni - Benefiċċju tal-edukazzjoni - Rifjut ta' għotja - Rikors tardiv - Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża:Il-Portugiż1

Partijiet

Rikorrenti: Carvalhal Garcia (Sines, il-Portugal) (rappreżentant: Antas da Cunha, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Monteiro, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tiċħad id-dritt għall-benefiċċju tal-edukazzjoni fir-rigward ta' bint ir-rikorrenti

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Carvalhal Garcia għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 183 tad-19.07.08, p.33.