Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta' Lulju 2009 - Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-39/08)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave annwali - Attivitajiet ta' rappreżentant tal-persunal - Sekondar part-time għall-finijiet ta' rappreżentanza sindakali - Attivitajiet ta' rappreżentanza statutorja - Assenza mhux awtorizzata - Tnaqqis mid-dritt għal leave annwali - Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Annullament ta' diversi deċiżjonijiet dwar it-tnaqqis ta' 32 ġurnata mid-dritt għal-leave tar-rikorrent għas-sena 2007.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 158 21.06.2008, p. 27.