Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – Biogen Netherlands vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-327/23) 1

(“Rikors għal annullament – Saħħa pubblika – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem– Deċiżjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tad-Dimetil fumarate Accord - dimetil fumarate – Tħassir tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tas-suġġett tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Biogen Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Schoonderbeek u B. Jong, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Mathieu u A. Spina, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 1211 final tal-15 ta’ Frar 2023 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-Dimetil fumarate Accord - dimetil fumarate bħala prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Biogen Netherlands BV u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 286, 16.8.2023.