Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Mejju 2010 - Strålfors Aktiebolag vs UASI (IDENTIFICATION SOLUTIONS)

(Kawża T-212/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Strålfors AB (Malmö, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' Jannar 2010 fil-Każ R 1112/2009-2;

tapprova l-applikazzjoni għar-registrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8235186 "IDENTIFICATION SOLUTIONS" għal "tikketti u kaxex magħmula minn karta u kartunċin (mhux għall-identifikazzjoni ta' individwi); materjal għal-legatura tal-kotba; sustanzi li jwaħħlu għall-kartolerija jew użu fid-dar; materjali tal-artisti, pniezel; tajprajters u oġġetti neċessarji għall-uffiċċju (minbarra għamara); materjal tal-istruzzjoni u tat-tagħlim (minbarra l-apparat); materjali tal-plastik għall-ippakkjar (li mhuwiex inkluż fi klassijiet oħra); tipa tal-printer; inċiżjonijiet tal-istampar" fil-klassi 16; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : Trade mark verbali "IDENTIFICATION SOLUTIONS" għal oġġetti fil-klassi 16 - applikazzjoni għar-registrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8235186

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud u d-deċiżjoni kkontestata kkonfermata

Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8235186 "IDENTIFICATION SOLUTIONS" għandha tiġi awtorizzata għal reġistrazzjoni ta' oġġetti fil-klassi 16 għaliex "IDENTIFICATION SOLUTIONS" hija differenti minn dawn l-oġġetti u għalhekk tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________