Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Mejju 2010 - Condé vs Il-Kunsill

(Kawża T-210/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mamoudou Condé (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, tat- 22 ta' Diċembru 2009, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta' Ginea, sa fejn dan jirrigwarda r-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, tat-22 ta' Diċembru 2009, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta' Ginea 1 sa fejn ir-rikorrent huwa inkluż fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont l-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni tliet motivi bbażati:

fuq ksur tad-dritt għal rikors effettiv, billi r-rikorrent ma ġiex infurmat bir-rimedji legali għad-dispożizzjoni tiegħu;

fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, billi r-rikorrent ma ġiex infurmat bil-fatti meqjusa kontrih;

fuq ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità u tad-dritt għal proprjetà tar-rikorrent.

____________

1 - ĠU L 346, p. 26.