Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Mejju 2012 - Panzeri vs UASI - Royal Trophy (Royal Veste e premia lo sport)

(Kawża T-348/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Royal Veste e premia lo sport - Trade marks Komunitarji u internazzjonali verbali preċedenti veste lo sport - Trade mark figurattiva preċedenti mhux irreġistrata panzeri veste lo sport - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Panzeri (Monguzzo, l-Italja) (rappreżentant: C. Galli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Royal Trophy Srl (Cava de Tirreni, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Mejju 2010 (Każ R988/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Luigi Panzeri u Royal Trophy Srl.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-20 ta' Mejju 2010 (Każ R 988/2009-1) hija annullata.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 288, 23.10.2010.