Language of document : ECLI:EU:T:2012:33





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-206/08)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Settur tal-inbid — Projbizzjoni ta’ tħawwil ta’ dwieli ġodda — Sistemi nazzjonali ta’ kontroll — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa — Garanziji proċedurali — Żball ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 24, 25)

2.                     Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Applikazzjoni għall-proċeduri amministrattivi mibdija mill-Kummissjoni — Osservanza matul il-komunikazzjoni tar-riżultati tal-verifiki mwettqa fil-kuntest tal-ġestjoni tal-FAEGG — Portata (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 45-47)

3.                     Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ premiums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Obbligu impliċitu — Portata (Regolamenti tal-Kunsill Nru 2392/86, Artikolu 4(4), u Nru 1493/1999, Artikolu 2(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2729/2000, Artikolu 5(2) (ara l-punti 77, 78)

4.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (ara l-punti 79, 104, 105, 114, 122)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/321/KE, tat-8 ta’ April 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (ĠU L 109, p. 35).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.