Language of document : ECLI:EU:T:2012:183





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ April 2012 — F 91 Diddeléng et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/10)

“Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ azzjoni fuq ilment — Nuqqas ta’ ftuħ ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ att li jista’ jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Esklużjoni — Ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Assenza (Artikoli 258 TFUE u 263 TFUE) (ara l-punti 26-35)

2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Proċedura — Natura indipendenti meta mqabbel mal-proċedura li tikkonċerna l-kompetizzjoni (Artikolu 258 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004) (ara l-punt 43)

3.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Eżami tal-legalità ta’ att nazzjonali — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 50-53)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2010 li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward tal-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-Fédération luxembourgeoise de football (FLF), talba għall-annullament tar-regolamenti tal-FLF li jiksru l-Artikoli 39 KE u 81 KE kif ukoll talba intiża sabiex tiġi deċiża “kull sanzjoni neċessarja”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

F91 Diddeléng, Julien Bonnetaud, Thomas Gruszczynski, Rainer Hauck, Stéphane Martine, Grégory Molnar u Yann Thibout għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Fédération luxembourgeoise de football (FLF) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.