Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2021 – Amort et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-165/21) 1

(“Rikors għal annullament – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq kundizzjonali għall-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem “COVID-19 Vaccine AstraZeneca – Vaċċin tal-COVID-19 (ChAdOx1-S[rikombinanti])” – Assenza ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att mhux regolatorju – Inammissibbiltà” )

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heidi Amort (Jenesien, Italie) u l-31 rikorrent ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness għad-digriet (rappreżentant: R. Holzeisen, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B.-R. Killmann u A. Sipos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2021) 698 (final) tad-29 ta’ Jannar 2021 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “COVID-19 Vaccine AstraZeneca – Vaċċin tal-COVID-19 (ChAdOx1-S[rikombinanti]), prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem”.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn TN, minn TR u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II, minn VH u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II, minn Stefano Del Gaudio u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II u minn Dieter Achtschin u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II.

Heidi Amort u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness I huma kkundannati għall-ispejjeż.

TN, TR u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II, VH u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II, Stefano Del Gaudio u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II u Dieter Achtschin u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.

____________

1     ĠU C 189, 17.5.2021.