Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 - Atlas Transport vs UASI - Hartmann (ATLAS TRANSPORT)

(Kawża T-482/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atlas Transport GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alfred Hartmann (Leer, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta' Settembru 2008 (Każ R 1858/2007-4); u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali "Atlas Transport" għat-trasport (trasport ta' oġġetti), klassi 39 (trade mark Komunitarja Nru 545 681)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: A. Hartmann

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: talba għar-revoka milqugħa

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1, kif ukoll tar-Regoli 22 u 40 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 2, li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kriterji żbaljati għall-prova tal-użu għal skopijiet kawtelatorji u minn żball ta' evalwazzjoni tal-elementi ta' prova ppreżentati; żball ta' applikazzjoni tal-prinċipji proċedurali li huma d-dritt għal smigħ, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94, id-dritt għal stqarrija tar-raġunijiet, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94, u s-setgħa diskrezzjonali

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).

2 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995, L 303, p. 1)