Language of document : ECLI:EU:T:2010:535





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 – HIT Trading u Berkman Forwarding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-191/09)

“Unjoni doganali – Importazzjoni ta’ lampi fluworexxenti elettroniċi integrati u kompatti (CFL-i) li joriġinaw mill-Pakistan – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Applikazzjoni għal remissjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92”

1.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Kundizzjonijiet għan-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 62(1) u 220(2)(b)) (ara l-punti 42-44, 53-61, 72, 73)

2.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Nuqqas ta’ pubblikazzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ avviż lill-importaturi fil-każ ta’ dubji dwar l-oriġini ta’ merkanzija li tista’ tkun suġġetta għal dazji antidumping (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92) (ara l-punti 79-81)

3.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Rimbors jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni - Klawżola ta’ ekwità stabbilita bl-Artikoli 239 tal-Kodiċi Dogonali tal-Komunità u 905 tar-Regolament ta’ applikazzjoni tiegħu Nru 2454/93 - Sitwazzjoni partikolari - Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 905) (ara l-punti 91, 92, 95-99)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 747 finali, tat-12 ta’ Frar 2009, li tikkonstata li t-teħid inkunsiderazzjoni a posteriori ta’ ċerti dazji fuq l-importazzjoni kien ġustifikat u li r-remissjoni ta’ dawn id-dazji ma kinitx ġustifikata (fajl REC 01/08).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hit Trading BV u Berkman Forwarding BV huma kkundannati għall-ispejjeż.