Language of document : ECLI:EU:T:2011:78





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Marzu 2011 – Longevity Health Products vs UASI – Performing Science (5 HTP)

(Kawża T‑190/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali 5 HTP – Raġuni assoluta għal rifjut – Sinjali jew indikazzjonijiet li jkunu saru użanza – Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks komposti esklużivament minn sinjali jew minn indikazzjonijiet li jintużaw komunement fil-ligwaġġ kurrenti jew fl-użanzi leali u stabbiliti tal-kummerċ – Natura komuni - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(d)) (ara l-punti 26, 27)

2.                     Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament Nru 207/2009 - Eċċezzjoni - Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(d) u 52(2)) (ara l-punti 31, 37-40, 52)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ April 2009 (Każ R 595/2008-4), li tirrigwarda proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Performing Science LLC u Longevity Health Products, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark verbali 5 HTP għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 16 u 35 – Trade mark Komunitarja Nru 2846483

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Longevity Health Products, Inc.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:

Performing Science LLC

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkonċernata parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud kollu kemm hu


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.