Language of document : ECLI:EU:T:2010:265





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2010 – Victoria Sánchez vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni

(Kawża T-61/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għal miżuri provviżorji – Ksur tar-rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Rekwiżiti proċedurali - Preżentazzjoni tat-talbiet - Sunt tal-motivi invokati - Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors u fis-sottomissjonijiet - Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra - Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 104(2) u (3)) (ara l-punti 12, 14-18)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 13)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex jiġu ggarantiti l-integrità fiżika tar-rikorrenti, id-drittijiet fundamentali tiegħu u dawk taċ-ċittadini Ewropej li jistgħu jkunu affettwati.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.