Rikors ippreżentat fil-21 taʼ Marzu 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-25/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet ta’ trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Kummissjoni abbażi tal-proposta tal-PMO.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla d-deċiżjoni addottata mill-Awtorità tal-Ħatra fil-11 ta’ Diċembru 2012, li permezz tagħha ġew miċħuda l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti fis-16 ta’ Awwissu 2012 u fit-28 ta’ Awwissu 2012, kontra d-deċiżjonijiet tal-PMO.4 tal-21 ta’ Mejju 2012, tal-31 ta’ Mejju 2012 u tal-2 ta’ Lulju 2012;
sa fejn huwa meħtieġ, jannulla wkoll l-imsemmija deċiżjonijiet adottati mill-PMO.4, fil-21 ta’ Mejju 2012, fil-31 ta’ Mejju 2012 u fit-2 ta’ Lulju 2012, li fil-konfront tagħhom tressqu l-ilmenti tar-rikorrenti ;
jikkonstata l-illegalità u jiddikjara l-inapplikabbiltà f’dan il-każ, tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-implementazzjoni tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, skont l-Artikolu 277 tat-Trattat KE tal-25 ta’ Marzu 1957, kif adottati fit-3 ta’ Marzu 2011, b’mod partikolari fl-Artikolu 9 tagħhom ;tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura, inklużi l-ispejjeż neċessarji mħallsa għall-finijiet tal-proċedura, u b’mod partikolari l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ, kif ukoll id-drittijiet tal-avukati, skont l-Artikolu 91 B tal-istess regoli.