Language of document : ECLI:EU:C:2021:369

SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)

6 ta’ Mejju 2021 (*)

“Appell – Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Regolament (UE) Nru°806/2014 – Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM) u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni – Artikolu 18 – Proċedura tar-riżoluzzjoni – Kundizzjonijiet – Entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli – Dikjarazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta’ sitwazzjoni ta’ falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ – Att preparatorju – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

Fil-Kawżi magħquda C‑551/19 P u C‑552/19 P,

li għandhom bħala suġġett żewġ appelli skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentati fis‑17 ta’ Lulju 2019,

ABLV Bank AS, stabbilita f’Riga (il-Latvja) (C‑551/19 P),

u

Ernests Bernis, residenti f’Jurmala (il-Latvja),

Oļegs Fiļs, residenti f’Jurmala,

OF Holding SIA, stabbilita f’Riga (il-Latvja),

Cassandra Holding Company SIA, stabbilita f’Jurmala (C‑552/19 P),

inizjalment irrappreżentati minn O. Behrends u M. Kirchner, Rechtsanwälte, sussegwentement minn O. Behrends,

appellanti,

il-partijiet l-oħra fil-kawża huma:

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), irrappreżentata inizjalment minn E. Koupepidou u G. Marafioti, bħala aġenti, assistiti minn J. Rodríguez Cárcamo, abogado, sussegwentement minn E. Koupepidou u G. Marafioti kif ukoll minn R. Ugena, bħala aġenti,

konvenut fl-ewwel istanza,

sostnuta minn:

Il-Kummissjoni Ewropea, inizjalment irrappreżentata minn D. Triantafyllou, A. Nijenhuis u K.-P. Wojcik kif ukoll minn A. Steiblytė, sussegwentement minn D. Triantafyllou u A. Nijenhuis kif ukoll minn A. Steiblytė, bħala aġenti,

intervenjent fl-appelli,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),

komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Imħallef tat-Tielet Awla, N. Wahl (Relatur), F. Biltgen u L. S. Rossi, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,

Reġistratur: M. Longar, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑22 ta’ Ottubru 2020,

wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑14 ta’ Jannar 2021,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1        Permezz tal-appelli tagħhom, ABLV Bank AS, minn naħa, E. Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA u Cassandra Holding Company SIA, min-naħa l-oħra, talbu l-annullament, rispettivament, tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas‑6 ta’ Mejju 2019, ABLV Bank vs BĊE (T‑281/18, EU:T:2019:296) (Kawża C‑551/19 P), u tad-digriet tas‑6 ta’ Mejju 2019, Bernis et vs BĊE (T‑283/18, mhux ippubblikat, EU:T:2019:295) (Kawża C‑552/19 P), (iktar ’il quddiem id-“digrieti appellati”) li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli l-azzjonijiet tagħhom li jfittxu l-annullament tal-atti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tat‑23 ta’ Frar 2018 li permezz tagħhom dan tal-aħħar iddikjara li ABLV Bank u s-sussidjarja tiegħu, ABLV Bank Luxembourg SA, kienu qegħdin ifallu jew x’aktarx kienu ser ifallu, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1) (minn hawn ’il quddiem l-“atti kkontestati”).

 Il-kuntest ġuridiku

2        Skont il-premessi 8, 11, 24, u 26 tar-Regolament Nru 806/2014:

“(8)      Il-mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni aktar effiċjenti huma strument essenzjali biex jiġu evitati d-danni riżultanti mill-fallimenti tal-banek fl-imgħoddi.

[…]

(11)      Għall-Istati Membri parteċipanti, fil-kuntest tal-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM, ‘single resolution mechanism’), hija stabbilita u fdata lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit skont dan ir-Regolament (‘il-Bord’) u lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni setgħa ċentralizzata ta’ riżoluzzjoni. […]

[…]

(24)      Billi huma biss l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jistgħu jistabbilixxu l-politika ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni ubilli jibqa’ marġni ta’ diskrezzjoni fl-adozzjoni ta’ kull skema ta’ riżoluzzjoni speċifika, huwa neċessarju li jiġi previst l-involviment adegwat tal-Kunsill [tal-Unjoni Ewropea] u tal-Kummissjoni [Ewropea], bħala l-istituzzjonijiet li jistgħu jeżerċitaw setgħat ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE […]. Il-valutazzjoni tal-aspetti diskrezzjonarji tad-deċiżjonijiet ta’ riżoluzzjoni meħuda mill-Bord għandha tkun eżerċitata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tal-impatt konsiderevoli tad-deċiżjonijiet ta’ riżoluzzjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri u fuq l-Unjoni bħala tali, kif ukoll fuq is-sovranità fiskali tal-Istati Membri, huwa importanti li l-Kunsill jingħata s-setgħa ta’ implimentazzjoni li jieħu ċerti deċiżjonijiet relatati mar-riżoluzzjoni. Għaldaqstant għandu jkun il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, li jeżerċita kontroll effettiv fuq il-valutazzjoni mill-Bord tal-eżistenza ta’ interess pubbliku u li jivvaluta kwalunkwe bidla materjali tal-ammont tal-Fond [Uniku ta’ Riżoluzzjoni] li għandu jintuża f’azzjoni speċifika ta’ riżoluzzjoni. […]

[…]

(26)      Il-BĊE, bħala s-superviżur fl-SSM, u l-Bord, għandhom ikuni jistgħu jevalwaw jekk istituzzjoni ta’ kreditu hijiex qed tfalli jew li x’aktarxtfalli u jekk ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li azzjoni alternattiva mis-settur privat jew superviżorja tkun tista’ tevita li din tfalli fi żmien raġonevoli. Il-Bord, jekk iqis li l-kriterji kollha relatati mal-iskattar tar-riżoluzzjonijiet huma ssodisfati, għandu jadotta l-iskema ta’ riżoluzzjoni. Il-proċedura relatata mal-adozzjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni, li tinvolvi lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, issaħħaħ l-indipendenza operattiva neċessarja tal-Bord filwaqt li tirrispetta l-prinċipji ta’ delega ta’ setgħat lill-aġenziji kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea […]. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jiddisponi li l-iskema ta’ riżoluzzjoni adottata mill-Bord tidħol fis-seħħ biss jekk, fi żmien 24 siegħa wara l-adozzjoni tagħha mill-Bord, ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni jew jekk l-iskema ta’ riżoluzzjoni tkun approvata mill-Kummissjoni. Ir-raġunijiet li abbażi tagħhom il-Kunsill huwa permess li joġġezzjona, fuq proposta tal-Kummissjoni, fil-konfront tal-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-Bord għandhom ikunu limitati strettament għall-eżistenza ta’ interess pubbliku u għal modifiki materjali min-naħa tal-Kummissjoni tal-ammont tal-użu tal-Fond kif propost mill-Bord.

[…]”

3        L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 806/2014, intitolat “It-tqassim tal-kompiti fi ħdan l-SRM”, jipprovdi:

“1.      Il-Bord għandu jkun responsabbli mill-funzjonament effettiv u konsistenti tal-SRM.

2.      Soġġett għad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 31(1), il-Bord għandu jkollu r-responsabbiltà li jfassal il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u jadotta d-deċiżjonijiet kollha relatati mar-riżoluzzjoni għal:

(a)      l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 li ma jagħmlux parti minn grupp, u l-gruppi:

(i)      L-Artikolu 6(4) tar-Regolament [tal-Kunsill] (UE) Nru°1024/2013 [tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63)], jew

(ii)      li fir-rigward tagħhom il-BĊE jkun iddeċieda skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament […] Nru 1024/2013, li jeżerċita direttament is-setgħat rilevanti kollha; u

(b)      gruppi transkonfinali oħrajn.

3.      Fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Bord b’rabta mal-kompiti konferiti lilu b’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom iwettqu, u jkunu responsabbli għall-kompiti li ġejjin:

[…]

4.      Fejn ikun neċessarju biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ standards ta’ riżoluzzjoni għolja skont dan ir-Regolament, il-Bord jista’:

[…]

(b)      jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin, b’mod partikolari jekk it-twissija tiegħu msemmija fil-punt (a) mhijiex qed tiġi indirizzata b’mod adegwat, fuq -inizjattiva proprja, wara li jikkonsulta l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni kkonċernata, jew fuq talba mill-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni kkonċernata, li jeżerċita direttament is-setgħat rilevanti kollha skont dan ir-Regolament, anke fir-rigward ta’ kwalunkwe entità jew grupp imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

5.      Minkejja l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li l-Bord jeżerċita s-setgħat u r-responsabbiltajiet rilevanti kollha mogħtija lilu b’dan ir-Regolament fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, stabbiliti fit-territorju tagħhom. […]”

4        L-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014, intitolat “Proċedura ta’ riżoluzzjoni” huwa redatt hekk:

“1.      Il-Bord għandu jadotta skema ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 6 fir-rigward ta’ entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u lill-entitajiet u lill-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5), fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk il-paragrafi, biss meta dan jivvaluta, matul is-sessjoni eżekuttiva tiegħu, hekk kif jirċievi komunikazzjoni skont ir-raba’ subparagrafu jew fuq inizjattiva proprja, li ntlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)      l-entità qed tfalli jew x’aktarx li tfalli;

(b)      b’kont meħud taż-żmien u ta’ ċirkostanzi rilevanti oħra, ma hemmx prospett raġonevoli li xi miżura alternattiva tas-settur privat, inklużi miżuri minn IPS, jew azzjoni ta’ superviżjoni, inklużi miżuri ta’ intervent bikri jew valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-istrumenti kapitali rilevanti skont l-Artikolu 21, meħuda fir-rigward tal-entità, jistgħu jimpedixxu l-falliment tagħha f’limitu ta’ żmien raġonevoli;

(c)      hija meħtieġa azzjoni ta’ riżoluzzjoni fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 5.

Għandha ssir mill-BĊE valutazzjoni tal-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, wara konsultazzjoni mal-Bord. Il-Bord, matul is-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jista’ jagħmel tali valutazzjoni biss wara li jkun informa lill-BĊE bl-intenzjoni tiegħu u biss jekk il-BĊE, fi żmien tlitt ijiem kalendarji wara li tkun waslet tali informazzjoni, ma jkunx għamel tali valutazzjoni. Il-BĊE għandu jipprovdi, mingħajr dewmien, lill-Bord bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li l-Bord jirrikjedi biex ikollu informazzjoni għall-valutazzjoni tiegħu.

Fejn l-BĊE jivvaluta li l-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ntlaħqet fir-rigward ta’ istituzzjoni jew grupp imsemmija fl-ewwel subparagrafu, huwa għandu jikkomunika dik il-valutazzjoni mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Bord.

Il-valutazzjoni tal-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha ssir mill-Bord, matul is-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jew, fejn applikabbli, mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE. Il-BĊE jista’ jinforma wkoll lill-Bord jew lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni konċernati li huwa jqis li l-kondizzjoni stipulata f’dak il-punt ġiet sodisfatta.

2.      Mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn il-BĊE ddeċieda li jeżerċità direttament il-kompiti superviżorji relatati mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament […] Nru 1024/2013, fil-każ tar-riċezzjoni ta’ komunikazzjoni skont il-paragrafu 1 jew fejn il-Bord ikollu l-intenzjoni jagħmel valutazzjoni skont il-paragrafu 1 fuq inizjattiva proprja, fir-rigward ta’ entità jew grupp imsemmi fl-Artikolu 6a(3), il-Bord għandu jikkomunika dik il-valutazzjoni lill-BĊE mingħajr dewmien.

[…]

4.      Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-entità għandha titqies li qed tfalli jew li x’aktarx tfalli f’waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)      l-entità qed tikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu deteminazzjoni li l-istituzzjoni, fil-futur qrib, ser tkun qed tikser ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni b’mod li jkun jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-BĊE, inkluż iżda mhux biss, il-fatt li l-istituzzjoni ġarrbet jew x’aktarx iġġarrab telf li se juża l-fondi proprji kollha jew ammont sinifikanti minnhom;

(b)      l-assi tal-entità huma, jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu determinazzjoni li l-assi tal-entità se jkunu, fil-futur qrib, inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha;

(c)      l-entità hija, jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu determinazzjoni li dik l-entità se tkun, fil-futur qrib, f’pożizzjoni li ma tistax tħallas id-dejn tagħha jew obbligazzjonijiet oħrajn malli jsiru dovuti;

(d)      hija meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, […]

5.      Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandha tiġi ttrattata bħala fl-interess pubbliku jekk tkun neċessarja għall-kisba ta’ objettiv ta’ riżoluzzjoni wieħed jew aktar u hija proporzjonata magħhom kif speċifikat fl-Artikolu 14 u l-istralċ tal-entità skont proċedimenti normali ta’ insolvenza ma jilħaqx dawn l-objettivi ta’ riżoluzzjoni sal-istess punt.

6.      Jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-Bord għandu jadotta skema ta’ riżoluzzjoni. L-iskema ta’ riżoluzzjoni għandha:

(a)      tqiegħed lill-entità taħt riżoluzzjoni;

(b)      tiddetermina l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni lill-istituzzjoni taħt rizoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2), b’mod partikolari kwalunkwe esklużjonimill-applikazzjoni ta’ rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(5) u (14);

(c)      tiddetermina l-użu tal-Fond biex jappoġġa l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 76 u skont deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda skont l-Artikolu 19.

7.      Immedjatament wara l-adozzjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni, il-Bord għandu jitrażmettiha lill-Kummissjoni.

Fi żmien 24 siegħa mit-trażmissjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni mill-Bord, il-Kummissjoni għandha jew tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni, jew toġġezzjonaha fir-rigward tal-aspetti ta’ diskrezzjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni f’każijiet li mhumiex koperti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Fi żmien 12-il siegħa mit-trażmissjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni mill-Bord, il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Kunsill biex:

(a)      joġġezzjona għall-iskema ta’ riżoluzzjoni fuq il-bażi li l-iskema ta’ riżoluzzjoni adottata mill-Bord ma tissodisfax il-kriterju tal-interess pubbliku msemmi fil-paragrafu 1(c);

(b)      japprova jew joġġezzjona modifika materjali tal-ammont tal-Fond prevista fl-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-Bord.

Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza sempliċi.

L-iskema ta’ riżoluzzjoni tista’ tidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa wara t-trażmissjoni tagħha mill-Bord.

[…]

9.      Il-Bord għandu jiżgura li l-azzjoni meħtieġa ta’ riżoluzzjoni titwettaq ħalli titwettaq l-iskema ta’ riżoluzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti. L-iskema ta’ riżoluzzjoni għandha tkun indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti u għandha tagħti istruzzjonijiet lil dawk l-awtoritajiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jimplimentawha f’konformità mal-Artikolu 29, billi jeżerċitaw is-setgħat ta’ riżoluzzjoni. Fejn ikun hemm għajnuna mill-Istat jew mill-Fond, il-Bord għandu jaġixxi f’konformità ma’ deċiżjoni dwar dik l-għajnuna meħuda mill-Kummissjoni.

[…]”

5        L-Artikolu 86 tar-Regolament Nru 806/2014, intitolat “Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja”, jipprevedi dan li ġej

“ 1.        Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 263 TFUE, li jikkontestaw deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, fejn ma jkun hemm l-ebda dritt tal-appell lill-Bord tal-Appell, mill-Bord.

2.      L-Istati Membri u l-istituzzjoniji tal-Unjoni, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jistgħu jibdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet tal-Bord, skont l-Artikolu 263 TFUE.

3.      Fil-każ li l-Bord ikollu obbligu li jaġixxi u jonqos milli jieħu deċiżjoni, il-proċedimenti għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 265 TFUE.

4.      Il-Bord għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.”

 Il-fatti li wasslu għall-kawża

6        ABLV Bank, l-appellanti fil-Kawża C‑551/19 P, hija istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fil-Latvja u l-kumpannija omm tal-grupp ABLV. ABLV Bank Luxembourg hija istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fil-Lussemburgu, li tikkostitwixxi waħda mis-sussidjarji tal-grupp ABLV u li tagħha ABLV Bank huwa l-azzjonist uniku.

7        Bernis u M. Fiļs, OF Holding u Cassandra Holding Company, appellanti fil-Kawża C‑552/19 P, huma azzjonisti diretti u indiretti ta’ ABLV Bank.

8        ABLV Bank u ABLV Bank Luxembourg kienu kkunsidrati bħala importanti fis-sens tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament Nru 1024/2013 u kienu, għalhekk, suġġetti għas-superviżjoni tal-BĊE fil-kuntest tal-MSU.

9        Fit‑13 ta’ Frar 2018, il-United States Department of the Treasury (id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti, l-Istati Uniti tal-Amerika), permezz tal-Financial Crimes Enforcement Network, esprima l-intenzjoni tiegħu li jieħu miżuri speċjali intiżi sabiex jipprekludu lill-grupp ABLV milli jkollu aċċess għas-sistema finanzjarja f’dollari tal-Istati Uniti (USD).

10      Fit‑18 ta’ Frar 2018, il-BĊE talab lill-Finanšu un kapitāla tirgus komisija (il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji u tal-Kapital, il-Latvja, iktar ’il quddiem il-“KSFK”), awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni (ANR) tal-Latvja, sabiex jissospendi l-pagamenti tal-obbligi finanzjarji ta’ ABLV Bank. Il-BĊE stieden lill-Kummissjoni għas-superviżjoni tas-settur finanzjarju (il-Lussemburgu), ANR tal-Lussemburgu, sabiex tieħu miżuri simili fir-rigward ta’ ABLV Bank Luxembourg.

11      Fit‑22 ta’ Frar 2018, il-BĊE kkomunika lill-Bord l-abbozz ta’ evalwazzjoni tiegħu dwar is-sitwazzjoni ta’ falliment li kien qiegħed iseħħ jew li x’aktarx kien ser iseħħ ta’ ABLV Bank u ta’ ABLV Luxembourg, sabiex jikkonsultah f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014.

12      Fit‑23 ta’ Frar 2018, il-BĊE ddikjara li ABLV Bank u ABLV Luxembourg kienu qegħdin ifallu jew x’aktarx kienu ser ifallu (failing or likely to fail), fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014. L-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ ABLV Bank u ta’ ABLV Luxembourg ġiet ikkomunikata lill-Bord f’dan l-istess jum. Huma jikkostitwixxu l-atti kontenzjużi.

13      Fl-istess jum, permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet li jikkonċernaw rispettivament lil ABLV Bank u lil ABLV Bank Luxembourg, il-Bord qies li ma kienx hemm lok, minkejja l-evalwazzjonijiet tal-BĊE dwar is-sitwazzjoni ta’ falliment li kien qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ ta’ dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jadotta fir-rigward tagħhom skema ta’ riżoluzzjoni, minħabba li, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tagħhom kif ukoll tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tagħhom, miżura ta’ riżoluzzjoni ma kinitx neċessarja fl-interess pubbliku, fis-sens tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(5) ta’ dan ir-regolament.

14      Anki f’dan l-istess jum, dawn id-deċiżjonijiet tal-Bord ġew innotifikati lid-destinatarji rispettivi tagħhom, jiġifieri l-KSFK u l-Commission de surveillance du secteur financier (il-Kummissjoni ta’ Sorveljanza tas-Settur Finanzjarju.

15      Fis‑26 ta’ Frar 2018, l-azzjonisti tal-ABLV Bank bdew proċedura li tippermetti lil din tal-aħħar li tikkonkludi l-likwidazzjoni tagħha u ressqu quddiem il-KSFK it-talba għall-approvazzjoni tal-pjan tagħhom ta’ likwidazzjoni volontarja.

16      Fil‑11 ta’ Lulju 2018, il-BĊE adotta deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ ABLV Bank, wara proposta f’dan is-sens tal-KSFK.

 Ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet appellat

17      Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑3 ta’ Mejju 2018, l-appellant fil-Kawża C‑551/19 P, minn naħa, u l-appellanti fil-Kawża C‑552/19 P, min-naħa l-oħra, ippreżentaw rikorsi intiżi għall-annullament tal-atti kontenzjużi. Dawn iż-żewġ rikorsi ġew irreġistrati bin-numri T‑281/18 u T‑283/18.

18      Permezz ta’ atti ppreżentati wkoll fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑3 ta’ Mejju 2018, l-appellanti fil-Kawża C‑551/19 P, minn naħa, u l-appellanti fil-Kawża C‑552/19 P, min-naħa l-oħra, ippreżentaw ukoll rikorsi intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat‑23 ta’ Frar 2018 imsemmija fil-punt 13 ta’ din is-sentenza. Dawn iż-żewġ rikorsi ġew irreġistrati bin-numri T‑280/18 u T‑282/18 u huma pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

19      Insostenn tar-rikorsi rispettivi tagħhom imsemmija fil-punt 17 ta’ din is-sentenza, l-appellanti invokaw għaxar motivi identiċi bbażati, rispettivament, l-ewwel wieħed, fuq evalwazzjoni żbaljata tal-kriterju tal-falliment li kien qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ; it-tieni, fuq ksur tad-dritt għal smigħ u ta’ drittijiet oħra relatati; it-tielet, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni; ir-raba’, fuq nuqqas ta’ eżami komplet u imparzjali tal-aspetti rilevanti kollha tal-fajl; il-ħames, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; is-sitt, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament; is-seba’, fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà u tal-libertà tal-intrapriża; it-tmien, fuq ksur tal-prinċipju nemo auditur; id-disa’, fuq użu ħażin ta’ poter u, l-għaxar, fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

20      Permezz ta’ att separat, il-BĊE qajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, li tinkludi żewġ partijiet, kontra kull wieħed mir-rikorsi.

21      Fl-ewwel lok, il-BĊE sostna li l-atti kontenzjużi kienu jikkostitwixxu biss miżuri preparatorji u li l-evalwazzjoni tal-fatti li kienet tinsab fihom kienet nieqsa minn kull saħħa vinkolanti. Il-BĊE jfakkar ukoll li r-Regolament Nru 806/2014 ma jipprevedix il-possibbiltà tal-preżentata ta’ rikors għal annullament kontra evalwazzjoni tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli. Fl-aħħar nett, il-BĊE fakkar li l-appellanti kienu ppreżentaw rikorsi għal annullament kontra d-deċiżjonijiet tal-Bord, b’tali mod li l-allegati difetti ta’ liġi li jivvizzjaw l-atti kontenzjużi setgħu jiġu invokati fil-kuntest ta’ dawn ir-rikorsi, sabiex b’hekk jiżguraw lill-appellanti protezzjoni ġudizzjarja suffiċjenti.

22      Fit-tieni lok, il-BĊE sostna li l-appellanti ma kinux direttament ikkonċernati mill-atti kontenzjużi.

23      Permezz tad-digrieti appellati, il-Qorti Ġenerali laqgħet din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà u, għaldaqstant, ċaħdet iż-żewġ rikorsi bħala inammissibbli.

24      Għal dan il-għan, wara li fakkret li huma biss l-atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, billi jbiddlu b’mod sinjifikattiv is-sitwazzjoni legali tiegħu, li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament u li, fir-rigward tal-atti li t-tfassil tagħhom jitwettaq f’diversi fażijiet ta’ proċedura interna, jikkostitwixxu biss, bħala prinċipju, atti li jistgħu jiġu kkontestati l-miżuri li jistabbilixxu b’mod definittiv il-pożizzjoni tal-istituzzjoni fi tmiem il-proċedura, bl-esklużjoni ta’ miżuri intermedjarji li l-għan tagħhom huwa li tiġi ppreparata d-deċiżjoni finali, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-atti kkontestati kienu jikkostitwixxu miżuri preparatorji fil-proċedura mmirata biex tippermetti lill-Bord jieħu deċiżjoni, pożittiva jew negattiva, dwar ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet bankarji inkwistjoni u li għalhekk ma setgħux jagħmlu rikors għal annullament.

 It-talbiet tal-partijiet

25      L-appellanti fil-Kawża C‑551/19 P titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:

–        tannulla d-digriet appellat;

–        tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli;

–        tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar ir-rikors għal annullament; u

–        tikkundanna lil BĊE għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.

26      L-appellanti fil-Kawża C‑552/19 P jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja:

–        tannulla d-digriet appellat fil-Kawża C‑552/19 P;

–        tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli;

–        tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar ir-rikors għal annullament; u

–        tikkundanna lil BĊE għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.

27      Il-BĊE jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appelli fl-intier tagħhom bħala manifestament infondati jew, sussidjarjament, tiċħadhom bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondati kif ukoll tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.

28      Il-Kummissjoni, intervenjenti insostenn tal-BĊE, titlob li l-appelli jiġu miċħuda bħala infondati u li l-Qorti tal-Ġustizzja tissostitwixxi r-raġunament espost fil-punt 34 tad-digrieti appellati, “billi tiċċara n-natura perentorja tal-evalwazzjoni, mill-BĊE, tas-sitwazzjoni ta’ falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ, li għandha tiġi segwita mill-Bord u mill-Kummissjoni, jekk miżura ta’ riżoluzzjoni finalment tittieħed wara evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet l-oħra ta’ riżoluzzjoni mill-Bord, mill-Kummissjoni u, skont il-każ, mill-Kunsill”.

29      Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑24 ta’ Settembru 2019, il-Kawżi C‑551/19 P u C‑552/19 P ġew magħquda għall-finijiet tal-proċeduri bil-miktub u orali kif ukoll tas-sentenza.

 Fuq l-appell

30      Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellanti fil-Kawża C‑551/19 P iqajjem żewġ aggravji identiċi għaż-żewġ aggravji mqajma mill-appellanti fil-Kawża C‑552/19 P insostenn tal-appell tagħhom.

31      Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret l-Artikolu 263 TFUE billi ma bbażatx id-digrieti appellati fuq id-deċiżjonijiet effettivament adottati mill-BĊE, meta kellha tevalwa l-ammissibbiltà tar-rikorsi fid-dawl tan-natura tal-evalwazzjoni magħmula mill-BĊE f’dan il-każ. Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, huma jsostnu li dawn id-digrieti huma bbażati barra minn hekk fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014.

32      Preliminarjament, qabel ma jipproċedi għall-analiżi ddettaljata ta’ kull wieħed minn dawn l-aggravji, għandu jiġi rrilevat li l-BĊE jsostni li l-appelli huma, fl-intier tagħhom, manifestament infondati minħabba n-natura ineffettiva tal-imsemmija aggravji. Fil-fatt, huwa biss għal finijiet ta’ kompletezza li, fid-digrieti appellati, il-Qorti Ġenerali kkonstatat in-natura mhux vinkolanti tal-evalwazzjonijiet tal-falliment li kien qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ li jinsabu fl-atti kontenzjużi. F’dan il-kuntest, il-BĊE jressaq erba’ argumenti. L-ewwel nett, peress li l-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-atti kontenzjużi kienu miżuri preparatorji u peress li l-appellanti ma kkontestawx din l-evalwazzjoni, in-natura mhux vinkolanti, għall-Bord, tal-evalwazzjonijiet ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli magħmula mill-BĊE hija irrilevanti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE. It-tieni nett, l-appellanti ma jikkontestawx l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-istatus legali tagħhom ma nbidilx mill-atti kontenzjużi. It-tielet nett, il-kwistjoni dwar jekk l-evalwazzjonijiet ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli magħmula mill-BĊE humiex, jew le, vinkolanti għall-Bord hija, f’dan il-każ, kwistjoni teoretika, mingħajr effett fuq il-mertu tat-tilwima. Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi bħala inammissibbli billi ħadet inkunsiderazzjoni wkoll, skont l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorsi ppreżentati mill-appellanti fil-Kawżi T‑280/18 u T‑282/18 mingħajr ma dawn tal-aħħar jikkontestaw tali evalwazzjoni.

33      F’dan il-każ, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 49 tad-digrieti appellati, li l-atti kontenzjużi kienu jikkostitwixxu atti preparatorji li ma jbiddlux is-sitwazzjoni legali tal-appellanti peress li kienu jippreżentaw evalwazzjoni tal-fatti mill-BĊE fir-rigward tal-kwistjoni tal-falliment li kien qiegħed iseħħ jew li x’aktarx kien ser iseħħ ta’ ABLV Bank u tas-sussidjarja tagħha li bl-ebda mod ma kienet obbligatorja, iżda li kienet tikkostitwixxi, f’dan il-każ, il-bażi tal-adozzjoni, mill-Bord, ta’ deċiżjonijiet li jistabbilixxu billi riżoluzzjoni ma kinitx meħtieġa fl-interess pubbliku, is-sejba li l-evalwazzjonijiet ta’ falliment attwali jew prevedibbli ta’ entità mwettqa mill-BĊE ma jorbtux lill-Bord huwa l-bażi ċara ta ’dawk l-ordnijiet, kuntrarju għal dak li jappoġġja l-BĊE.

34      Minn dan jirriżulta li l-appell ma jistax jiġi miċħud bħala manifestament infondat minħabba li l-aggravji tal-appellanti huma ineffettivi, b’tali mod li hemm lok li dawn l-aggravji jiġu eżaminati suċċessivament.

 Fuq l-ewwel aggravju

 L-argumenti tal-partijiet

35      Fil-kuntest tal-ewwel aggravju tagħhom, imfakkar fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali ma ddistingwixxietx il-kwistjoni dwar jekk il-BĊE kienx awtorizzat iwettaq evalwazzjoni vinkolanti minn dik dwar jekk, f’dan il-każ, l-evalwazzjoni magħmula mill-BĊE fl-atti kontenzjużi kinitx intiża li tipproduċi effett vinkolanti. Huma jqisu, essenzjalment, li, fid-digrieti appellati, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi bħala inammissibbli fid-dawl tan-natura mhux tal-atti kontenzjużi kif adottati mill-BĊE, iżda tal-atti li, konformement mal-interpretazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014 meqjus eżatt mill-Qorti Ġenerali, il-BĊE kellu jadotta. Issa, skont l-interpretazzjoni ta’ din l-aħħar dispożizzjoni mill-appellanti, fil-każ fejn awtorità tadotta att vinkolanti għaliex hija tqis li din in-natura vinkolanti hija konformi mal-leġiżlazzjoni, allura rikors għal annullament kontra dan l-att huwa ammissibbli, peress li l-kwistjoni dwar jekk l-adozzjoni ta’ tali att hijiex legali taqa’ taħt l-evalwazzjoni tal-mertu ta’ tali rikors u mhux taħt l-ammissibbiltà tiegħu.

36      Sabiex juri li, billi adotta l-atti kontenzjużi, il-BĊE, f’dan il-każ u indipendentement mill-interpretazzjoni eżatta tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014, fir-realtà adotta atti vinkolanti, li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament, l-appellanti jinvokaw diversi elementi, bħall-fatt li l-BĊE ma pproċediex biss sabiex jikkomunika informazzjoni fattwali sabiex jipprepara deċiżjoni ulterjuri tal-Bord, il-fatt li l-BĊE nnifsu indika, kemm fl-atti kontenzjużi kif ukoll fir-reklam pubbliku li kien qiegħed jakkumpanjahom, li kienet wettqet valutazzjoni tal-falliment ippruvat jew prevedibbli ta’ entità, fit-tifsira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014, il-fatt li L-evalwazzjoni mwettqa mill-BĊE ġie kkomunikat lill-istituzzjonijiet bankarji kkonċernati, kif ukoll l-analiżi tal-Qorti Ġenerali tas-sentenza mogħtija fid‑9 ta’ Marzu 2018 mit-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu, il-Lussemburgu), imsemmija fid-digrieti kkontestati.

37      Il-BĊE jikkontesta l-argumenti tal-appellanti, billi jqis, prinċipalment, li l-ewwel aggravju huwa inammissibbli, sa fejn ma jippreċiżax l-elementi kkontestati tad-digrieti appellati, u, sussidjarjament, li huwa infondat. Huwa sostnut, fir-rigward ta’ dan l-aħħar punt, mill-Kummissjoni, li ssostni li l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli hija miżura preparatorja.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

38      Fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-ewwel aggravju, għandu jiġi rrilevat li, kuntrarjament għal dak li jallega l-BĊE, l-iżball ta’ liġi invokat mill-appellanti huwa, mill-qari tad-diversi argumenti insostenn ta’ dan l-aggravju u miġbur fil-qosor fil-punti 35 u 36 ta’ din is-sentenza, identifikabbli b’mod ċar, b’tali mod li l-imsemmi aggravju huwa ammissibbli.

39      Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li l-ilmenti mressqa kontra dan ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali huma infondati. Fil-fatt, kif fakkret ġustament din tal-aħħar, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, jistgħu biss jiġu kkontestati minn persuna fiżika jew ġuridika l-atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tagħha, billi jbiddlu b’mod sinjifikattiv is-sitwazzjoni legali tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑11 ta’ Novembru 1981, IBM vs Il‑Kummissjoni, 60/81, EU:C:1981:264, punt 9; tat‑12 ta’ Settembru 2006, Reynolds Tobacco et vs Il‑Kummissjoni, C‑131/03 P, EU:C:2006:541, punt 54, kif ukoll tal‑31 ta’ Jannar 2019, International Management Group vs Il‑Kummissjoni, C‑183/17 P u C‑184/17 P, EU:C:2019:78, punt 51). Għalhekk, bħala prinċipju jikkostitwixxu atti li jistgħu jiġu kkontestati l-miżuri li jistabbilixxu b’mod definittiv il-pożizzjoni ta’ istituzzjoni fi tmiem proċedura amministrattiva u li huma intiżi li jipproduċu effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tal-appellanti, bl-esklużjoni tal-miżuri intermedjarji li l-għan tagħhom huwa li jippreparaw id-deċiżjoni finali, li ma għandhomx tali effetti (sentenza tat‑18 ta’ Novembru 2010, NDSHT vs Il‑Kummissjoni, C‑322/09 P, EU:C:2010:701, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata). Konsegwentement, miżuri intermedjarji li jesprimu evalwazzjoni tal-istituzzjoni u li l-għan tagħhom huwa li jippreparaw id-deċiżjoni finali ma jikkostitwixxux, bħala prinċipju, atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑13 ta’ Ottubru 2011, Deutsche Post u Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni, C‑463/10 P u C‑475/10 P, EU:C:2011:656, punt 50, kif ukoll tal‑15 ta’ Marzu 2017, Stichting Woonpunt et vs Il‑Kummissjoni, C‑415/15 P, EU:C:2017:216, punt 44).

40      Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-atti kontenzjużi jikkostitwixxux, kif iddeċidiet il-Qorti Ġenerali fid-digrieti appellati, atti preparatorji jew jekk humiex, kif isostnu l-appellanti, atti li jistgħu jiġu kkontestati, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, għandha tingħata importanza lis-sustanza stess ta’ dawn l-atti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Novembru 2010, NDSHT vs Il‑Kummissjoni, C‑322/09 P, EU:C:2010:701, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata) kif ukoll l-intenzjoni tal-awtur tagħhom, f’dan il-każ il-BĊE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑17 ta’ Lulju 2008, Athinaïki Techniki vs Il‑Kummissjoni, C‑521/06 P, EU:C:2008:422, punt 42, u tas‑26 ta’ Jannar 2010, Internationaler Hilfsfonds vs Il‑Kummissjoni, C‑362/08 P, EU:C:2010:40, punt 52).

41      F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li għandha tingħata importanza lis-sustanza ta’ att sabiex jiġu evalwati l-effetti tiegħu fid-dawl ta’ kriterji oġġettivi, bħall-kontenut tal-att inkwistjoni, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, il-kuntest li fih dan ikun ġie adottat kif ukoll is-setgħat tal-istituzzjoni, tal-korp jew tal-organu tal-Unjoni li jkun l-awtur tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑13 ta’ Frar 2014, L‑Ungerija vs Il‑Kummissjoni, C‑31/13 P, EU:C:2014:70, punt 55, u tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni, C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 47), peress li dawn is-setgħat għandhom jinftiehmu mhux b’mod astratt, iżda bħala elementi ta’ natura li jiċċaraw l-analiżi konkreta tal-kontenut tal-imsemmi att, li għandha natura ċentrali u indispensabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2017, Ir‑Rumanija vs Il‑Kummissjoni, C‑599/15 P, EU:C:2017:801, punti 49, 51, 52 u 55).

42      Sa fejn l-appellanti jagħmlu, l-intenzjoni li huma jattribwixxu lill-BĊE meta adotta l-atti kkontestati, wieħed mill-elementi ċentrali tal-ewwel motiv, għandu jiġi rrilevat ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li, jekk jirriżulta mill-ġurisprudenza li l-kriterju suġġettiv relatat mal-intenzjoni li wasslet lill-istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni li huwa l-awtur tal-att ikkontestat jista’ jiġi kkunsidrat biex jadotta dan tal-aħħar, dan il-kriterju suġġettiv jista’ biss ikollu rwol komplementari fir-rigward tal-kriterji oġġettivi msemmija fil-punt preċedenti u, konsegwentement, la jistgħu jingħataw importanza akbar minn dawn tal-aħħar u lanqas ma jpoġġu f’dubju l-istima tal-effetti tal-att ikkontestat li jirriżultaw minnu (sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2021, Il‑Ġermanja vs Esso Raffinage, C‑471/18 P, EU:C:2021:48, punt 65).

43      Issa, il-Qorti Ġenerali manifestament ikkonformat ruħha ma’ din il-ġurisprudenza meta eżaminat, fil-punti 33 sa 36 tad-digrieti appellati, b’mod iddettaljat is-sustanza tal-atti kontenzjużi, billi ħadet inkunsiderazzjoni b’mod partikolari, bħala elementi ta’ natura li jiċċaraw l-analiżi konkreta tal-kontenut ta’ dawn tal-aħħar, is-setgħat tal-BĊE meta huwa għandu jwettaq l-evalwazzjoni tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014, meta mqabbel ma’ dawk mogħtija lill-Bord minn dan l-artikolu meta tali evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilu. Barra minn hekk, hija qieset, fil-punt 47 ta’ dawn id-digrieti, li l-intenzjoni tal-BĊE waqt l-adozzjoni tal-atti kontenzjużi ma kinitx tikkontesta n-natura tagħhom ta’ att preparatorju. Dan il-metodu ta’ analiżi huwa konformi mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt preċedenti, li tipprovdi li l-intenzjoni tal-awtur ta’ att li huwa s-suġġett ta’ rikors kontenzjuż għandha natura sempliċement komplementari fl-identifikazzjoni tan-natura, kontestabbli jew le, ta’ dan l-att.

44      Għaldaqstant, huwa b’mod żbaljat li l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha in abstracto fuq l-att mhux vinkolanti li kellu, skont l-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014, jiġi adottat mill-BĊE, iżda mhux fuq il-miżuri effettivament adottati minnu.

45      L-appellanti jippruvaw jikkontestaw l-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali msemmija fil-punt 43 ta’ din is-sentenza billi jinvokaw preżunzjoni li tgħid li kull evalwazzjoni ta’ awtorità tipproduċi effett vinkolanti sakemm din l-awtorità ma tindikax b’mod ċar li din l-evalwazzjoni ma hijiex ta’ tali natura. Issa, huma jispjegaw li l-BĊE stess indika, kemm fl-atti kontenzjużi kif ukoll fl-avviż pubbliku li jakkumpanjahom, li wettaq l-evalwazzjoni ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014. L-appellanti jenfasizzaw ukoll diversi ċirkustanzi oħra, bħall-evalwazzjoni tal-proporzjonalità mwettqa mill-BĊE, peress li dan jippreżupponi li d-deċiżjoni li permezz tagħha ssir tali evalwazzjoni tipproduċi effetti legali vinkolanti, it-tħabbir pubbliku u l-komunikazzjoni lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkwistjoni tal-atti kontenzjużi, jew anki l-affermazzjoni pubblika li l-istralċ ta’ dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kien inevitabbli. Bl-istess mod, l-appellanti jirrilevaw l-interpretazzjoni inadegwata tat-terminu “vinkolanti” mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-analiżi tagħha tas-sentenza tat-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu) tad‑9 ta’ Marzu 2018, peress li dan it-terminu jfisser fir-realtà, fil-kuntest tal-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament, li l-evalwazzjoni tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli magħmula mill-BĊE hija imposta fuq il-Bord sa fejn dan ma jistax jadotta miżura ta’ riżoluzzjoni meta l-BĊE jkun ikkonkluda li l-istituzzjoni bankarja kkonċernata ma tkunx f’sitwazzjoni ta’ falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ u, għall-kuntrarju, tadotta tali miżura ta’ riżoluzzjoni.

46      Il-preżunzjoni li l-appellanti jridu jiġu rrikonoxxuti tmur kontra r-rekwiżit li jikkonsisti, fil-preżenza ta’ att partikolari, fid-determinazzjoni tan-natura vinkolanti eventwali tiegħu fir-rigward tas-sustanza tiegħu u tal-intenzjoni tal-awtur tiegħu, li għandha tingħata lill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 40 sa 42 ta’ din is-sentenza. Barra minn hekk, hija ċċaħħad fil-parti l-kbira mill-portata tiegħu l-Artikolu 263 TFUE, peress li l-applikazzjoni tiegħu twassal lill-qorti tal-Unjoni abbażi tal-prinċipju li l-atti kollha tal-istituzzjonijiet, tal-korpi jew tal-organi tal-Unjoni għandhom natura deċiżjonali, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux espressament indikaw li dan ma huwiex il-każ fir-rigward ta’ att partikolari. Barra minn hekk, billi jitħallew f’idejn dawn l-istituzzjonijiet, dawn il-korpi jew dawn l-organi għandhom il-kompitu li jikklassifikaw huma stess l-atti tagħhom bħala deċiżjonali jew le u billi jsostnu li, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, dawn l-atti huma vinkolanti u jikkostitwixxu għalhekk deċiżjonijiet, tali preżunzjoni tmur kontra l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 39 ta’ din is-sentenza, li tipprovdi li huwa irrilevanti jekk att huwiex jew le indikat bħala “deċiżjoni” mill-istituzzjonijiet, mill-korpi u mill-organi tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Novembru 2010, NDSHT vs Il‑Kummissjoni, C‑322/09 P, EU:C:2010:701, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata).

47      Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu li kull att deċiżjonali ta’ istituzzjoni, ta’ korp jew ta’ organu tal-Unjoni għandu jikkonforma ruħu mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li minnhom jagħmel parti l-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Ġunju 2009, Nijemeisland, C‑170/08, EU:C:2009:369, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata) u li, għalhekk, ħafna huma l-atti legalment vinkolanti li jinkludu analiżi ta’ proporzjonalità, il-preżenza ta’ tali analiżi ma tistax, b’raġunament a contrario, tiġi stabbilita bħala prova tan-natura vinkolanti ta’ att. Fil-fatt, huwa kompletament possibbli għall-awtorità kkonċernata li twettaq analiżi tal-proporzjonalità ta’ miżura matul proċedura amministrattiva li tinkludi diversi stadji mingħajr ma, madankollu, is-sustanza ta’ att meqjus bħala att intermedjarju tinbidel.

48      Għandu wkoll jiġi miċħud l-argument tal-appellanti dwar it-tħabbir pubbliku u l-komunikazzjoni lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu kkonċernati tal-atti kontenzjużi. Fil-fatt, mill-punt 45 tad-digrieti appellati jirriżulta li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li dawn tal-aħħar “ma [kinux] is-suġġett ta’ pubblikazzjoni, iżda li l-BĊE [kien] ippubblika żewġ komunikazzjonijiet li bl-ebda mod ma [kienu] jikkostitwixxu l-atti [kontenzjużi]”. Issa, tali kunsiderazzjoni taqa’ taħt l-evalwazzjoni tal-fatti mill-Qorti Ġenerali, li, bla ħsara għall-iżnaturament ta’ dawn tal-aħħar, ma ġietx allegata mill-appellanti, ma tistax tiġi mistħarrġa fil-kuntest ta’ appell (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal‑5 ta’ Frar 2015, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni, C‑296/14 P, mhux ippubblikat, EU:C:2015:72, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, għandu jiġi indikat, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 63 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-pubblikazzjoni mill-BĊE ta’ stqarrijiet għall-istampa dwar l-evalwazzjoni tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli ma timplikax li l-BĊE kellu l-intenzjoni li jagħti lil din l-evalwazzjoni natura vinkolanti jew li l-imsemmija evalwazzjoni għandha min-natura tagħha stess tali natura.

49      Fir-rigward tal-argument ibbażat fuq il-fatt li l-affermazzjoni pubblika tal-BĊE, li l-istralċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkwistjoni kien inevitabbli, jikkonferma n-natura vinkolanti tal-atti kontenzjużi, għandu jiġi rrilevat li dan la huwa bbażat fuq is-sustanza tagħhom u lanqas fuq l-intenzjoni tal-awtur tagħhom. Barra minn hekk, tali likwidazzjoni, konformement mad-dritt Latvjan fir-rigward ta’ ABLV Bank, ma rriżultatx mill-imsemmija atti, iżda minn deċiżjoni meħuda mill-azzjonisti ta’ din il-kumpannija wara d-deċiżjoni tal-Bord li skontha ma kienx neċessarju fl-interess pubbliku li jiġu applikati dispożittivi ta’ riżoluzzjoni għal ABLV Bank u għal ABLV Bank Luxembourg, konformement mar-Regolament Nru 806/2014.

50      Fl-aħħar nett, għandu jiġi miċħud l-argument li jgħid li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punt 48 tad-digrieti appellati, fuq interpretazzjoni inadegwata tat-terminu “vinkolanti” fil-kuntest tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014. Fil-fatt, f’dan il-punt, il-Qorti Ġenerali llimitat ruħha li tirriproduċi motiv tas-sentenza tat-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu) tad‑9 ta’ Marzu 2018, li ssemmi espliċitament li “l-partijiet jaqblu li l-evalwazzjonijiet u l-konstatazzjonijiet li saru mill-BĊE u mill-Bord fl-ambitu tar-Regolament ma jorbtux lill-qorti adita b’din it-talba”, sabiex tindika li, skont l-appellanti stess, l-evalwazzjonijiet tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli ma jikkostitwixxux sempliċi evalwazzjoni fattwali.

51      Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.

 Fuq it-tieni aggravju

 L-argumenti tal-partijiet

52      Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li d-digrieti appellati huma bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014. Dan it-tieni aggravju jinkludi, essenzjalment, żewġ sensiliet ta’ argumenti li jirrigwardaw, minn naħa, l-interpretazzjoni fis-sens strett tal-imsemmi Artikolu 18, li wasslu lill-Qorti Ġenerali sabiex tikkonkludi li l-atti kontenzjużi ma kinux atti li jistgħu jiġu kkontestati fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, u, min-naħa l-oħra, l-iżball li wettqet il-Qorti Ġenerali meta kkonstatat li s-sitwazzjoni ta’ ABLV Bank u ta’ ABLV Bank Luxembourg ma kinitx inbidlet minn dawn l-atti.

53      Il-BĊE, sostnut mill-Kummissjoni, isostni li t-tieni aggravju huwa infondat.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

54      Qabel ma jiġu eżaminati ż-żewġ sensiliet ta’ argumenti mressqa mill-appellanti fil-kuntest tat-tieni aggravju, għandhom isiru numru ta’ kunsiderazzjonijiet preliminari.

–       Kunsiderazzjonijiet preliminari

55      Fl-ewwel lok, għandu jiġi enfasizzat li r-Regolament Nru 806/2014 joriġina mir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jipprevjeni l-okkorrenza ta’ kriżijiet bħal dik imsejħa tas-“sussidji”, li seħħet matul is-sena 2008. Huwa għalhekk li l-għan ta’ dan ir-regolament huwa li jistabbilixxi, konformement mal-premessa 8 tiegħu, mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni iktar effikaċi, li għandhom jikkostitwixxu strument essenzjali sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi dannużi tan-nuqqasijiet tal-banek li seħħew fil-passat. Issa, tali għan jippreżumi teħid ta’ deċiżjoni rapida, kif juru t-termini qosra previsti fl-Artikolu 18 tal-imsemmi regolament, sabiex l-istabbiltà finanzjarja ma titpoġġiex f’perikolu. Tali għan ma jistax, konsegwentement, jiġi injorat waqt l-interpretazzjoni ta’ din l-aħħar dispożizzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk l-evalwazzjoni mill-BĊE tal-falliment li qiegħed iseħħ jew x’aktarx ser iseħħ ta’ entità tikkostitwixxix jew le, fil-kuntest tal-proċedura ta’ riżoluzzjoni, att li jista’ jiġi kkontestat, peress li r-rikonoxximent tan-natura deċiżjonali ta’ tali evalwazzjoni jista’ jaffettwa b’mod sinjifikattiv il-ħeffa ta’ din il-proċedura.

56      Fit-tieni lok, għandu jiġi indikat li l-Artikolu 86(2) tar-Regolament Nru 806/2014 jipprevedi li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-istess bħal kull persuna fiżika jew ġuridika, jistgħu, konformement mal-Artikolu 263 TFUE, jippreżentaw rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra d-deċiżjonijiet tal-Bord, fejn dan tal-aħħar jiġi ċċitat bl-esklużjoni ta’ kull istituzzjoni, korp jew organu ieħor tal-Unjoni. Għalhekk, ma hemm ebda riferiment għall-BĊE u, b’mod partikolari, għall-evalwazzjonijiet ta’ falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ, li jidher li jikkonferma li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jagħti kompetenza deċiżjonali lill-BĊE f’dan il-qasam. Barra minn hekk, l-adozzjoni mill-Bord ta’ dispożittiv ta’ riżoluzzjoni, konformement mal-Artikolu 18(6) ta’ dan ir-regolament, jew id-deċiżjoni li ma jiġix adottat tali mekkaniżmu jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors quddiem il-qrati tal-Unjoni, li fil-kuntest tiegħu l-evalwazzjoni mill-BĊE tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli tista’ tkun is-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju.

57      Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati żewġ serje ta’ argumenti mressqa mill-appellanti.

–       Fuq l-ewwel sensiela ta’ argumenti marbuta mal-interpretazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014

58      L-appellanti jqisu, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni, fl-interpretazzjoni li hija tat tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014, tat-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, b’tali mod li hija qieset b’mod żbaljat li din tipprevedi sempliċi komunikazzjoni ta’ informazzjoni fattwali mhux vinkolanti mill-BĊE lill-Bord u li dan tal-aħħar huwa l-uniku wieħed kompetenti sabiex jiddetermina jekk it-tliet kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-imsemmija dispożizzjoni humiex issodisfatti. L-appellanti jżidu li l-eżistenza ta’ falliment li seħħ jew li x’aktarx ser iseħħ teħtieġ, fid-dawl tad-definizzjoni ta’ dan il-kunċett li tinsab fl-Artikolu 18(4) tal-imsemmi regolament, analiżi u konklużjoni legali.

59      L-appellanti jikkritikaw ukoll lill-Qorti Ġenerali talli, fil-punt 46 tad-digrieti appellati, ma tatx biżżejjed importanza lill-“ekwivalenza funzjonali” li teżisti bejn l-evalwazzjoni tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli u l-irtirar tal-approvazzjoni ta’ din tal-aħħar. Billi tirrifjuta li tirrikonoxxi li l-evalwazzjoni tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli, li taqa’ taħt l-awtorità ta’ sorveljanza, hija ta’ natura vinkolanti, il-Qorti Ġenerali tikkontesta l-koerenza tas-sistema ta’ sorveljanza bankarja u ta’ riżoluzzjoni, peress li l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014 għandu jiġi interpretat b’mod li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun marbuta bl-evalwazzjoni tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli mwettqa mill-awtorità ta’ sorveljanza.

60      F’dan ir-rigward, għandu jiġi indikat, l-ewwel nett, li huwa l-Bord, konformement mal-Artikolu 18(1) u (6) tar-Regolament Nru 806/2014, li għandu jadotta skema ta’ riżoluzzjoni, li għandha sussegwentement, skont l-Artikolu 18(7) ta’ dan ir-regolament, tiġi approvata mill-Kummissjoni jew, jekk ikun il-każ, mill-Kunsill, peress li tali dispożittiv jista’ fil-fatt jidħol fis-seħħ biss fl-assenza ta’ oġġezzjoni minn dawn l-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, dispożittiv ta’ riżoluzzjoni jista’ jiġi adottat, skont it-termini espressi tal-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tal-imsemmi regolament, biss jekk jiġu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet, jiġifieri li l-falliment tal-entità jseħħ jew x’aktarx ser iseħħ, li ma jkun hemm ebda prospett raġonevoli li miżuri oħra jostakolaw il-falliment tagħha f’terminu raġonevoli, u li miżura ta’ riżoluzzjoni tkun neċessarja fl-interess pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 18(5) tal-istess regolament.

61      Għandu jiġi enfasizzat qabel kollox, bħalma għamlu l-BĊE u l-Kummissjoni, li, peress li l-adozzjoni ta’ dispożittiv ta’ riżoluzzjoni hija suġġetta għall-eżistenza tat-tliet kundizzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti u li l-evalwazzjoni tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli mill-BĊE tikkonċerna biss l-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, din l-evalwazzjoni ma tistax tippreġudika l-eżitu tal-proċedura ta’ riżoluzzjoni, peress li din tiddependi wkoll fuq żewġ kundizzjonijiet oħra.

62      F’dan ir-rigward, fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014 jagħti rwol prijoritarju, anki jekk ma huwiex esklużiv, lill-BĊE, peress li huwa dan tal-aħħar li, bħala regola ġenerali, għandu jwettaq l-evalwazzjoni tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli. Jekk is-SRB jista’ wkoll iwettaq tali valutazzjoni, huwa biss wara li jkun informa lill-BĊE bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel dan u biss jekk dan ta’ l-aħħar ma jwettaqx valutazzjoni fi żmien tlett ijiem kalendarji minn meta jirċievi din l-informazzjoni. Għaldaqstant lill-BĊE huwa rrikonoxxut kompetenza prijoritarja sabiex iwettaq tali evalwazzjoni, ibbażata, kif tenfasizza l-Kummissjoni, fuq ir-rapport li hija għandha bħala awtorità ta’ superviżjoni, peress li, billi għandha aċċess, f’din il-kwalità, għall-informazzjoni prudenzjali kollha dwar l-entità kkonċernata, hija tinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex tiddetermina, fid-dawl tad-definizzjoni tal-falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ, li tinsab fl-Artikolu 18(4) ta’ dan ir-regolament, li jirreferi, b’mod partikolari, għal elementi marbuta mas-sitwazzjoni prudenzjali, bħalma huma l-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni attivi, mal-ammont futur.

63      Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-obbligu tal-BĊE, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014, li jikkomunika mingħajr dewmien lill-Bord, fl-ipoteżi fejn dan tal-aħħar ikollu l-intenzjoni li jwettaq huwa stess l-evalwazzjoni tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli, kull informazzjoni utli mitluba minnu. Fir-rigward, min-naħa l-oħra, taż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-regolament, il-Bord għandu kompetenza esklużiva sabiex jiddeċiedi fuq il-kwistjoni dwar jekk dawn humiex issodisfatti.

64      Barra minn hekk, il-premessa 26 tar-Regolament Nru 806/2014 tikkonferma kemm il-kompetenza kondiviża bejn il-BĊE, awtorità superviżorja fi ħdan is-SSM, u l-Bord, awtorità ta’ riżoluzzjoni, sabiex tevalwa jekk istituzzjoni ta’ kreditu tinsabx f’sitwazzjoni ta’ falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ, u l-kompetenza esklużiva tal-Bord sabiex tevalwa jekk il-kundizzjonijiet l-oħra meħtieġa għall-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni humiex issodisfatti.

65      Ir-rwol tal-BĊE huwa għalhekk limitat għall-evalwazzjoni tal-ewwel waħda mill-kundizzjonijiet previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014 u għall-komunikazzjoni lill-Bord ta’ din l-evalwazzjoni, jew, fil-każ fejn dan esprima l-intenzjoni tiegħu li jwettaq huwa stess tali evalwazzjoni, li jagħtih l-assistenza tiegħu fit-twettiq ta’ dan il-kompitu.

66      Għaldaqstant, f’dan il-każ, l-evalwazzjoni mill-BĊE tal-falliment li kien qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ ta’ ABLV Bank u ta’ ABLV Bank Luxembourg ma pproduċietx, bħala tali, effett legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwa l-interessi tal-appellanti, billi tbiddel b’mod sostanzjali s-sitwazzjoni legali tagħhom, peress li hija biss l-adozzjoni, u sussegwentement id-dħul fis-seħħ ta’ dispożizzjoni ta’ riżoluzzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ strumenti ta’ riżoluzzjoni, fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 806/2014 li tista’ tbiddel din is-sitwazzjoni. Il-proċedura ta’ riżoluzzjoni għandha għalhekk titqies bħala proċedura amministrattiva kumplessa li tinvolvi diversi awtoritajiet u li l-uniku riżultat finali tagħha, li jirriżulta mill-eżerċizzju, mill-Bord, tal-kompetenza tiegħu, jista’ jkun suġġett għall-istħarriġ ġudizzjarju msemmi fl-Artikolu 86(2) ta’ dan ir-regolament.

67      Kuntrarjament għal dak li jsostnu l-appellanti, l-evalwazzjoni mill-BĊE tal-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014 ma hijiex att vinkolanti u, b’mod partikolari, ma tpoġġix lill-Bord f’sitwazzjoni ta’ kompetenza marbuta ma’ din l-evalwazzjoni. Fil-fatt, jew il-BĊE jqis, fl-evalwazzjoni tiegħu, li l-entità tinsab f’sitwazzjoni ta’ falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ, u dan għandu bħala konsegwenza l-bidu tal-proċedura prevista fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament, jew huwa jqis li dan ma huwiex il-każ, b’tali mod li l-proċedura ma hijiex mibdija. Ma hemm xejn fil-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li jindika li l-Bord huwa, f’waħda jew oħra minn dawn l-ipoteżijiet, imċaħħad minn setgħa diskrezzjonali dwar is-sitwazzjoni ta’ falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ mill-entità inkwistjoni.

68      Fil-fatt, fl-ewwel waħda mill-ipoteżijiet imsemmija fil-punt preċedenti, fid-dawl tal-evalwazzjoni kkomunikata mill-BĊE u tal-fajl li jiġġustifikawh, ma huwiex eskluż li l-Bord ma jikkondividix, jew ma jikkondividix kompletament, l-analiżi tal-BĊE, jew li jiskopri irregolarità li huwa għandu jirrimedja, sabiex jevita li dan ikun, jekk ikun il-każ, sussegwentement issanzjonat mill-qorti tal-Unjoni fil-kuntest ta’ rikors għal annullament kif imsemmi fl-Artikolu 86(2) tar-Regolament Nru 806/2014. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat il-fatt li, kif tfakkar fil-punt 62 ta’ din is-sentenza, il-Bord huwa kompetenti, meta jiddeċiedi, sabiex iwettaq l-evalwazzjoni tal-ewwel waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tal-imsemmi regolament u li għalhekk huwa f’pożizzjoni, għal dan il-għan, li jisfrutta l-partijiet imqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mill-BĊE.

69      Ċertament, fil-fatt, il-perizja li għandu l-BĊE u l-għarfien tiegħu tal-informazzjoni prudenzjali dwar l-entità kkonċernata probabbilment jwasslu lill-Bord sabiex japprova iktar spiss l-evalwazzjoni tal-BĊE. Madankollu, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 111 tal-konklużjonijiet tiegħu, għalkemm ma hemmx “inkonvenjent li jiġi ammess li l-evalwazzjoni tal-BĊE tista’ tiġi koperta minn auctoritas, fis-sens klassiku tat-terminu, u li l-Bord ma jistax jonqos milli jieħu inkunsiderazzjoni din l-evalwazzjoni jew jiċħad il-kontenut tagħha mingħajr eżami kritiku”, “dan ma jimplikax li din l-evalwazzjoni għandha, barra minn hekk, tiġi eskluża fir-rigward tad-deċiżjonijiet ġuridiċi li huma imposti fuqhom fir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet, meta huma ma jkunux jistgħu jagħmlu dan”.

70      Fit-tieni ipoteżi msemmija fil-punt 67 ta’ din is-sentenza, il-Bord lanqas ma huwa legalment marbut mill-evalwazzjoni tal-BĊE. Ċertament, meta dan tal-aħħar jasal għall-konklużjoni li l-entità kkonċernata ma hijiex f’sitwazzjoni li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli, ebda evalwazzjoni ma tiġi trażmessa lill-Bord u għalhekk il-proċedura ta’ riżoluzzjoni ma nbdietx, peress li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014 jipprovdi li l-BĊE għandu jikkomunika l-evalwazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Bord biss meta huwa jqis li l-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli.

71      L-evalwazzjoni mill-BĊE tal-kundizzjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014 ma tipproduċix għalhekk effett vinkolanti fir-rigward tal-Bord, u dan inqas u inqas peress li huwa dan tal-aħħar, meta jirċievi din l-evalwazzjoni, li għandu jevalwa huwa stess, fil-kuntest tal-eżami tal-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-regolament, jekk jeżistux prospetti raġonevoli li miżuri oħra jostakolaw in-nuqqas tal-entità kkonċernata.

72      It-tieni nett, fir-rigward tal-argumenti tal-appellanti bbażati fuq id-distinzjoni bejn is-superviżjoni u r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, għandu jiġi rrilevat, bħalma għamel il-BĊE, li dan, bħala awtorità ta’ superviżjoni tal-entitajiet u tal-gruppi importanti msemmija fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament Nru 1024/2013, bħal, f’dan il-każ, ABLV Bank u ABLV Bank Luxembourg, huwa, bħala prinċipju, fl-aħjar pożizzjoni sabiex iwettaq l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli. Madankollu, kif tfakkar fil-punti 62, 68 u 70 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 806/2014 ma jagħtix lill-BĊE kompetenza esklużiva sabiex iwettaq tali evalwazzjoni, peress li l-Bord jista’ wkoll jagħmel din l-evalwazzjoni wara li jkun informa lill-BĊE bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel dan u jekk il-BĊE ma jagħmilx din l-evalwazzjoni fi żmien tliet ijiem kalendarji minn meta jirċievi din l-informazzjoni.

73      Barra minn hekk, l-intervent tal-BĊE fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014 huwa bbażat inqas fuq is-separazzjoni tal-funzjonijiet ta’ sorveljanza u ta’ riżoluzzjoni milli fuq il-perizja partikolari li din l-istituzzjoni għandha bħala awtorità ta’ superviżjoni. Konsegwentement, anki jekk huwa minnu li l-leġiżlazzjoni bankarja tagħmel distinzjoni bejn is-sorveljanza u r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li din tistabbilixxi, għal dan il-għan, separazzjoni tal-funzjonijiet bejn il-BĊE u l-Bord, din id-dikotomija tibqa’ mingħajr konsegwenza fuq in-natura tal-evalwazzjoni mill-BĊE tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli, li tibqa’ att preparatorju.

74      Fir-rigward tal-argument ibbażat fuq l-eżistenza ta’ ekwivalenza funzjonali bejn l-evalwazzjoni tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ din tal-aħħar, għandu jitfakkar li, fil-punt 46 tad-digrieti appellati, il-Qorti Ġenerali, b’risposta għal dan l-argument, enfasizzat li, għalkemm tali evalwazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq l-evalwazzjoni tal-fatt li l-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-approvazzjoni ma għadhomx issodisfatti skont l-Artikolu 18(4)(a) tar-Regolament Nru 806/2014, dawn iż-żewġ atti ma humiex ekwivalenti.

75      F’dan ir-rigward, għalkemm huwa minnu li, skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 806/2014, il-falliment ta’ entità huwa meqjus li seħħ jew x’aktarx ser iseħħ jekk din tinsab f’waħda jew f’diversi sitwazzjonijiet li huwa tistabbilixxi, evalwazzjoni tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli ma teħtieġx formalment deċiżjoni dwar il-kwistjoni jekk l-approvazzjoni ta’ din l-entità għandhiex tiġi rtirata. Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-appellanti, l-argument espost fil-punt preċedenti bl-ebda mod ma jimplika li l-evalwazzjoni tal-entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli taqa’ esklużivament u neċessarjament taħt il-BĊE bħala awtorità ta’ sorveljanza, b’tali mod li dan jista’ wkoll jitwettaq mill-Bord bħala awtorità ta’ riżoluzzjoni.

–       It-tieni parti tat-tieni aggravju: il-bidla fis-sitwazzjoni legali ta’ ABLV Bank u ABLV Luxembourg

76      F’dan ir-rigward, l-appellanti jressqu tliet argumenti.

77      L-ewwel, l-appellanti jsostnu li s-sitwazzjoni ta’ ABLV Bank u ta’ ABLV Bank Luxembourg ġiet emendata bil-pubblikazzjoni tal-evalwazzjoni tal-falliment li kien qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ mill-BĊE. Madankollu, għandu l-ewwel nett jiġi kkonstatat li l-appellanti ma jipprovdu ebda preċiżazzjoni f’dan ir-rigward. Fi kwalunkwe każ, għalkemm ma huwiex eskluż li l-imsemmija pubblikazzjoni kellha konsegwenzi fuq is-sitwazzjoni, b’mod partikolari ekonomika, ta’ dawn l-istess entitajiet, hija ma wasslet, min-naħa l-oħra, għal ebda bidla fis-sitwazzjoni legali tagħhom.

78      It-tieni, fir-rigward tal-argument tal-appellanti dwar il-punt 47 tad-digrieti appellati, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li dan huwa bbażat fuq qari żbaljat ta’ dan il-punt. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali, sabiex tiċħad l-argument tal-appellanti bbażat fuq allegata differenza fil-formulazzjoni bejn il-pubblikazzjoni fuq is-sit internet tal-BĊE u l-atti kontenzjużi, sempliċement fakkret fih li mill-punti 32 sa 36 tal-imsemmija digrieti kien jirriżulta li, fir-rigward tas-sustanza tagħhom, dawn l-atti kellhom jiġu kklassifikati bħala miżuri preparatorji.

79      It-tielet nett, l-appellanti jqisu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta bbażat ruħha fuq ġurisprudenza irrilevanti, peress li hija valida biss għall-każijiet fejn l-atti kkonċernati ma humiex ta’ natura vinkolanti, li ma huwiex il-każ hawnhekk.

80      F’dan ir-rigward, għalkemm il-ġurisprudenza li jirreferi għaliha dan l-argument ġiet żviluppata, kif isostnu l-appellanti, f’ċirkustanzi differenti minn dawk inkwistjoni f’dan il-każ, xorta jibqa’ l-fatt li din hija rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-atti kontenzjużi jikkostitwixxux atti kontestabbli jew le. B’mod partikolari, il-premessa li fuqha huwa bbażat l-imsemmi argument, jiġifieri li l-atti kontenzjużi għandhom natura vinkolanti, hija żbaljata, kif jirriżulta mill-eżami dwar l-ewwel sensiela ta’ argumenti mressqa fil-kuntest ta’ dan l-aggravju.

–       Konklużjoni fuq it-tieni aggravju

81      Peress li ż-żewġ sensiliet ta’ argumenti tal-appellanti ppreżentati fil-kuntest tat-tieni aggravju ġew miċħuda, dan tal-aħħar għandu jiġi miċħud.

 Konklużjoni

82      Peress li ebda wieħed miż-żewġ aggravji tal-appelli ma ntlaqa’, dawn għandhom jiġu miċħuda fl-intier tagħhom.

83      Fir-rigward tat-talba tal-Kummissjoni intiża sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tiċċara żewġ aspetti tal-punt 34 tad-digrieti appellati, għandu jitfakkar li jirriżulta mingħajr ambigwità mill-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikoli 129 u 132 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 190 ta’ dawn ir-regoli, li t-talbiet tal-intervenjent jistgħu jkollhom biss bħala suġġett is-sostenn, totali jew parzjali, tat-talbiet ta’ waħda mill-partijiet. Issa, billi talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċċara l-punt 34 tad-digrieti appellati, il-Kummissjoni tmur lil hinn mit-talbiet tal-BĊE, peress li kulma għamel huwa li talab li l-appelli jiġu miċħuda u li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż. Il-kap tat-talbiet imqajjem mill-Kummissjoni għandu għalhekk jiġi miċħud bħala inammissibbli.

 Fuq l-ispejjeż

84      Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Skont l-Artikolu 140(1) tal-imsemmi regolament, applikabbli wkoll għall-proċedura ta’ appell skont l-imsemmi Artikolu 184(1), l-Istati Membri li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

85      Peress li l-BĊE kienet talbet li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż u peress li dawn tal-aħħar tilfu l-aggravji tagħhom, huma għandhom jiġu kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-BĊE. Il-Kummissjoni, intervenjent fil-kawża insostenn tal-BĊE, għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

1)      L-appelli inċidentali huma miċħuda.

2)      Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li l-Qorti tal-Ġustizzja tissostitwixxi r-raġunament stabbilit fil-punt 34 tad-digrieti tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas6 ta’ Mejju 2019, ABLV Bank vs BĊE (T281/18, EU:T:2019:296), u tas6 ta’ Mejju 2019, Bernis et vs BĊE (T283/18, mhux ippubblikat, EU:T:2019:295), is-suġġett tal-appelli, huma miċħuda bħala inammissibbli.

3)      ABLV Bank AS hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża C551/19 P.

4)      M. Ernests Bernis, M. Oļegs Fiļs, OF Holding SIA u Cassandra Holding Company SIA huma kkundannati għall-ispejjeż fil-Kawża C552/19 P.

5)      Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

Firem


*      Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.