Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Mejju 2008 - Rui Manuel Alves dos Santos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-184/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Rui Manuel Alves dos Santos (Rominha, Alvaiázere, Il-Portugall) (rappreżentant: A. Marques Fernandes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (KE), mogħtija fil-kuntest tal-każ 89 0488 P1, notifikata lir-rikorrent fit-3 ta' Marzu 2008, li tobbliga lir-rikorrent iħallas lura l-ammont ta' EUR 25 485,02, li jikkorrispondi għal PTE 5 109 287.

Motivi u argumenti prinċipali

L-attività ta' taħriġ twettqet kollha kemm hi.

L-awdituri għamlu użu minn kriterji li ma jirriflettux ir-realtà u kkonkludew li l-ispejjeż ma kinux eliġibbli għal raġunijiet totalment estranji għar-rikorrent.

L-ispejjeż kollha kellhom jiġu kkunsidrati eliġibbli u kellhom jittieħdu in kunsiderazzjoni fil-bilanċ finali.

Peress li għaddew kważi għoxrin sena, il-ħlas lura ta' kwalunkwe somma jikkostitwixxi inġustizzja flagranti u jmur kontra l-prinċipji fundamentali ta' proporzjonalità u ta' ċertezza legali taċ-ċittadini fil-konfront ta' l-istituzzjonijiet.

____________