Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-26 ta’ Ġunju 2008 – VDH Projektentwicklung u Edeka Rhein-Ruhr vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-185/08 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà”
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors prinċipali miċħud bħala inammissibbli (Artikolu 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(1)) (ara l-punt 4)
Suġġett
| Talba għal miżuri provviżorji skont l-Artikolu 243 KE relatata ma’ rikors kontra l-Kummissjoni għal nuqqas li tittieħed azzjoni. |
Dispożittiv
1) | | It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda bħala inammissibbli. |
2) | | Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż. |