Language of document : ECLI:EU:T:2009:87





Ordni tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Marzu 2009 – Alves dos Santos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-184/08)

“Fond Soċjali Ewropew – Skemi ta’ taħriġ– Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija – Rikors – Rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà manifesta”

Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Sunt tal-motivi invokati – Referenza ġenerali għal dokumenti oħra, mhux annessi mar-rikors – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regolament tal Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punti 18-27)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2004, innotifikata lil Rui Manuel Slves dos Santos fit-3 ta’ Marzu 2008, li tnaqqas l-ammont tal għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE), għal skema ta’ taħriġ professjonali ppreżentata mill-amministrazzjoni Portugiża, fil-fajl Nru 89 0488 P1.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rui Manuel Alves dos Santos huwa kkundannat għall-ispejjeż.