Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2008 - Travel Servis vs L-UASI - Eurowings Luftverkehrs (smartWings)

(Kawża T-72/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Travel Service a.s. (Praga, Ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: S. Hejdová)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Eurowings Luftverkehrs AG (Dortmund, Il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

li tiġi emendata d-deċiżjoni kkontestata tat-Tieni Bord ta' l-Appell fil-każ R 1515/2006-2 kif ġej:

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni dwar il-proċeduri ta' oppożizzjoni Nru B 782 351 tad-29 ta' Settembru 2006 fl-intier tagħha,

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fir-rigward ta' l-oppożizzjoni u l-proċeduri ta' l-appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark Komunitarja figurattiva "smartWings" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 21, 37, 41 u 43 - Applikazzjoni Nru 3 650 595

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Eurowings Luftverkehrs AG

Trade mark jew sinjal invokat : It-trade mark verbali nazzjonali u internazzjonali "EuroWings" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16 u 41, it-trade mark verbali nazzjonali u internazzjonali "EUROWINGS" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 39 u 42 u t-trade mark verbali nazzjonali "WINGSGLASS" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 39, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 u tal-ħtigijiet procedurali mandatorji stabbiliti fl-Artikoli 73 u 79 tar-Regolament Nru 40/94.

____________