Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2010 - Axis vs UASI - Etra Investigación y Desarrollo (ETRAX)

(Kawża T-70/08)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ETRAX - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li fihom l-elementi verbali ETRA I+D - Raġuni relattiva għal rifjut - Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Regola 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 u l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Axis AB (Lund, l-Isvezja) (rappreżentant: J. Norderyd, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Etra Investigación u Desarrollo, SA (Valence, Spanja)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta' Novembru 2007 (Każ R 334/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Etra Investigación y Desarrollo, SA u Axis AB.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-27 ta' Novembru 2007, (Każ R 334/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Etra Investigación y Desarrollo, SA u Axis AB hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta'Axis.

____________

1 - ĠU C 107, 26.4.2008.