Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2008 - Matratzen Concord vs UASI - Barranco Schnitzler u Barranco Rodriguez (MATRATZEN CONCORD)

(Kawża T-351/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Matratzen Concord GmbH (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Albrecht, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pablo Barranco Schnitzler (Sant Just Desvern, Spanja) u Mariano Barranco Rodriguez (Sant Just Desvern)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Mejju 2008 (Każ R 1034/2007-2).

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "MATRATZEN CONCORD" fir-rigward ta' prodotti fil-klassijiet 10, 20 u 24 (Applikazzjoni Nru 3 355 369)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Pablo Barranco Schnitzler u Mariano Barranco Rodriguez

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva nazzjonali "MATRATZEN" għal prodotti fil-klassi 20

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għat-trade mark miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 safejn ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti u ksur tal-Artikolu 43(2) ta' dan ir-regolament safejn ma tressqitx prova li t-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni kienet intużat b'mod ġenwin.

____________