Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Jannar 2010 - De Fays vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-355/08)1

(Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave - Leave tal-mard - Assenza irregolari kkonstatata wara kontroll mediku - Imputazzjoni fuq it-tul tal-leave annwali - Telf tal-benefiċċju tar-remunerazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Chantal De Fays (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Moyse u A. Salerno, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), tas-17 ta' Ġunju 2008, De Fays vs Il-Kummissjoni (F-97/07), li tiċħad ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata, wara kontroll mediku, l-assenza irregolari tal-appellanti u li tnaqqas din l-assenza mil-leave annwali u, wara, mir-remunerazzjoni tal-persuna kkonċernata, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal

Dispożittiv

L-appel prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.

Chantal de Fays għandha tbati l-ispejjeż tal-appell prinċipali.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tal-appell inċidentali.

____________

1 - ĠU C ##, ##.