Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Ġunju 2011 - Amecke Fruchtsaft vs UASI - Uhse (69 Sex up)

(Kawża T-125/10) 1

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Ċessjoni tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Amecke Fruchtsaft GmbH & Co. KG (Menden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Schäffner, sussegwentement minn S. Schäffner u B. Schmidt, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Beate Uhse Einzelhandels GmbH (Flensburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta' Jannar 2010 (Każ R 612/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Beate Uhse Einzelhandels GmbH u Amecke Fruchtsaft GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 148, 05.06.2010.