Language of document : ECLI:EU:T:2015:196





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 – Conte et vs Il-Kunsill

(Kawża T‑121/10)

“Rikors għal annullament – Sajd – Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd – Installazzjoni ta’ sistema Komunitarja ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ eżekuzzjoni – Kunċett ta’ att regolatorju – Kunċett ta’ att leġiżlattiv – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Ammissibbiltà tar-rikorsi – Evalwazzjoni b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punti 23, 24)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tas-subparagrafu 4 tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali minbarra atti leġiżlattivi – Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll sabiex jiżgura l-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd – Esklużjoni (ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1224/2009) (ara l-punti 34, 36, 37, 47, 50, 53-55)

3.                     Drittijiet fundamentali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stħarriġ tal-legalità tal-atti tal-Unjoni – Modalitajiet – Protezzjoni ta’ dan id-dritt mill-qrati tal-Unjoni jew mill-qrati nazzjonali skont in-natura ġuridika tal-att ikkontestat – Possibbiltà ta’ użu ta’ rikors għal annullament jew ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar l-evalwazzjoni tal-validità (it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE; ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE, Artikoli 267 TFUE u 277 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47 u 52(7)) (ara l-punti 56-59)

4.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll sabiex jiżgura l-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd – Rikors tas-sajjieda u tal-operaturi fis-settur tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sajd – Assenza ta’ interess individwali – Inammissibbiltà (ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1224/2009) (ara l-punti 61, 64-69)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, p. 1) u, speċifikament, tal-Artikoli 9 u 10, tal-Artikolu 14(1),(2),(3),(4) u (5), tal-Artikolu 15, tal-Artikolu 17(1), tal-Artikolu 58(1),(2),(3) u (5), tal-Artikolu 59(2) u (3), tal-Artikolu 60(4) u (5), tal-Artikolu 62(1), tal-Artikolu 63(1), tal-Artikoli 64 u 65, tal-Artikolu 66(1) u (3), tal-Artikolu 67(1), tal-Artikolu 68, tal-Artikolu 73(8), tal-Artikolu 92(2), u tal-Artikolu 103 tal-istess regolament.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Giovanni Conte, Casa del Pescatore Soc. coop. rl, Guidotti Giovanni & Figli Snc, Organizzazione di produttori della pesca di Civitanova Marche Soc. coop. rl, u Consorzio gestione mercato ittico Manfredonia Soc. coop. rl (Cogemim) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.