Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Marzu 2010 - Hartmann vs UASI (Complete)

(Kawża T-123/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta' Jannar 2010, fil-Każ R 601/2009-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Complete" għal prodotti fil-klassijiet 5 u 10 (Applikazzjoni Nru 7 432 024)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, għaliex is-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni mhuwiex direttament deskrittiv tal-prodotti koperti mill-applikazzjoni, barra minn hekk ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, għaliex mhuwiex nieqes il-karattru distintiv meħtieġ minn dan is-sinjal.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).