Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/14)1

(“Għajnuna mill-Istat – Trasport marittimu – Kumpens ta’ servizz pubbliku – Żieda tal-kapital – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Stralċ tal-impriża benefiċjarja – Żamma tal-interess ġuridiku – Assenza ta’ nuqqas ta’ lok għall-għoti ta’ deċiżjoni – Kunċett ta’ għajnuna – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Kriterju ta’ investitur privat – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Żball ta’ liġi – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Deċiżjoni 2011/21/UE – Linji gwida li jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà – Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku – Sentenza Altmark”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Regione autonoma della Sardegna (l-Italja) (rappreżentanti: T. Ledda, S. Sau, G. M. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, D. Grespan, u A. Bouchagiar, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti konvenuta : Compagnia italiana di navigazione SpA (Naples, l-Italja) (rappreżentanti : inizjalment minn F. Sciaudone, R. Sciaudone, D. Fioretti u A. Neri, sussegwentement minn M. Merola, B. Carnevale u M. Toniolo, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9101 finali, tat-22 ta’ Jannar 2014, li tikkonċerna l-miżuri ta’ għajnuna SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C) u SA.32016 (2011/C), implementati mir-reġjun awtonomu ta’ Sardegna favur Saremar, sa fejn din id-deċiżjoni kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat miżura ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku u żieda tal-kapital, iddikjarat dawn il-miżuri inkompatibbli mas-suq intern u ordnat l-irkupru tagħhom.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Regione autonoma della Sardegna (l-Italja) hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Compagnia Italiana di Navigazione SpA.

____________

1  ĠU C 175, 10.6.2014.