Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – Casal sport vs EUIPO – Tennis d’Aquitaine (CITY STADE)

(Kawża T-220/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CITY STADE – Trade mark li saret l-isem normali fil-kummerċ ta’ prodott jew ta’ servizz li għalih hija rreġistrata – Attività jew inattività tal-proprjetarju – Artikolu 58(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent : Sports et loisirs (Casal sport) (Altorf, Franza) (rappreżentanti: C. Pecnard u C. Alet, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Bovar u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tennis d’Aquitaine SAS (Ambares, Franza) (rappreżentanti: A. Hinoux u V. Le Coq de Kerland, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Frar 2023 (Każ R 179/2022-2).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Frar 2023 (Każ R 179/2022-2) hija annullata.

L-EUIPO għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Tennis d’Aquitaine SAS hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Sports et loisirs (Casal sport) fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1     ĠU C 223, 26.6.2023.