Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – Weinart Handelsgesellschaft vs EUIPO – Donnafugata (KABI)

(Kawża T-302/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KABI – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Kabir DONNAFUGATA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Weinart Handelsgesellschaft mbH (Geisenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Heinrich, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Klee, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Donnafugata Srl (Marsala, l-Italja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Marzu 2023 (Każ R 2064/2022-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 252, 17.7.2023.