Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – Topper Argentina vs EUIPO – Ningbo Xiangxinli Network Technology (wetoper)

(Kawża T-630/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea wetoper – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti TOPPER u trade mark figurattiva preċedenti tal-Benelux Topper – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Topper Argentina (Buenos Aires, ir-Repubblika tal-Arġentina) (rappreżentant: J. M. Mora Cortés, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Nicolás Gómez, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Ningbo Xiangxinli Network Technology Co. Ltd (Qingdao, iċ-Ċina)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Ġunju 2022 (Każ R 2126/2021-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Topper Argentina, SA u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 463, 5.12.2022.