Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2024 – Ferreira de Macedo Silva vs Frontex

(Kawża T-595/22) 1

(“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Persunal tal-Frontex – Tkeċċija qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ prova – Inkapaċità manifesta – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Carlos Miguel Ferreira de Macedo Silva (Cercal do Alentejo, il-Portugall) (rappreżentant : L. Cosme Nunes Rolo, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentanti : S. Karkala u W. Szmidt, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) tad-29 ta’ Awwissu 2022 li tirrigwarda x-xoljiment tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ prova u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li huwa jidher li ġġarrab minn dan il-fatt.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

Carlos Miguel Ferreira de Macedo Silva huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri proviżorji.

____________

1     ĠU C 35, 30.1.2023.