Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/11 RENV) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Selettività – Sistema ta’ riferiment – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament – Impriżi benefiċjarji tal-miżura – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Santander, SA (Santander, Spanja) u Santusa Holding, SL (Boadilla del Monte, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: T. Henze, aġent), l-Irlanda (rappreżentanti: inizjalment G. Hodge u E. Creedon, sussegwentement G. Hodge u M. Browne, aġenti) u r-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Banco Santander, SA u Santus Holding, SL għandhom isostnu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 282, 24.9.2011.