Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fis-17 ta’ Ottubru 2022 – Fédération internationale de football association (FIFA) vs BZ

(Kawża C-650/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fédération internationale de football association (FIFA)

Konvenut: BZ

Domanda preliminari

L-Artikoli 45 u 101 tat-Trattat FUEgħandhom ikunu interpretati fis-sens li jipprojbixxu:

-    il-prinċipju li l-plejer u l-klabb li jixtieq jimpjegah huma responsabbli in solidum bejniethom għall-ħlas tal-kumpens dovut lill-klabb li l-kuntratt mal-plejer inkwistjoni ġie tterminat mingħajr raġuni valida, kif stabbilit fl-Artikolu 17.2 tar-Regolamenti dwar l-Istatus u t-Trasferiment tal-Plejers (iktar ’il quddiem ir-“RSTP”) tal- FIFA, flimkien mas-sanzjonijiet sportivi previsti fl-Artikolu 17.4 tal-istess regolamenti u mas-sanzjonijiet finanzjarji previsti fl-Artikoli 17.1;

-    il-possibbiltà għall-federazzjoni li minnha jiddependi l-klabb preċedenti tal-plejer li ma toħroġx iċ-ċertifikat internazzjonali ta’ trasferiment, li huwa neċessarju sabiex il-plejer jimpjega ruħu ma’ klabb ġdid, jekk tkun teżisti tilwima bejn dan il-klabb preċedenti u l-plejer (l-Artikolu 9.1 tar-RSTP tal-FIFA u l-Artikolu 8.2.7 tal-Anness 3 tal-imsemmija RSTP) ?

____________